tfal – Page 12 – One News

Notifiki

52 tqal taħt it-tmintax-il sena fl-2016

Tnejn u ħamsin tfajla fittxew l-għajnuna taċ-ċentru Għożża fl-2016. Dan għax inqabdu tqal qabel l-eta’ ta’ tmintax-il sena. Għalkemm numru li jidher mhux żgħir dan huwa inqas mill-madwar mija li sa sitt snin kienu jirrikorru għand dan iċ-ċentru.

Melanie Bonavia, uffiċċjal tas-Servizz Għożża li jaħdmu ma tfajliet li jkun ħarġu tqal taħt l-eta tkellmet dwar dan waqt il-programm One News Breakfast. Spjegat li ċ-ċentru joffri kemm programmi ta’ councelling kif ukoll pjan ta’ azzjoni għal kull tfajla.

Aqra aktar

Jammetti li kellu aktar minn 9,000 ritratt u filmat ta’ porn ESTREM fuq tfal

Ċertu David Carey minn North Tyneside fl-Ingilterra wieġeb ħati li kellu fil-pussess tiegħu aktar minn 9,000 ritratti u filmati ‘estremament offensivi’ ta’ tfal. Uffiċjali tal-Pulizija qed jgħidu li huma fost l-iktar materjal gravi li qatt ġie f’idejhom. Minbarra li ammetta li kellu din il-librerija fil-pussess tiegħu, ammetta wkoll li ddistribwixxa materjal ta’ dan it-tip lil ħaddieħor.

Ir-raġel ta’ 33 sena kellu wkoll 73 ritratt u 91 filmat ta’ pornografija estrema fejn in-nies jagħmlu s-sess mal-annimali. Carey, li jgħix ma’ ommu anzjana, ammetta 13-il offiża miġjuba kontrih bejn l-2012 u l-2016.

Il-każ tiegħu se jkompli jinstema’ lejn l-aħħar ta’ Marzu u sadanittant tqabbad jara psikjatra. Huwa tqabbad jiffirma f’reġistru ta’ persuni li għamlu offiżi sesswali u kien rilaxxat fuq libertà proviżorja.

Aqra aktar

346 tifel u tifla tressqu l-Qorti fl-2016

Il-Ministru Carmelo Abela qal li matul is-sena li għaddiet tressqu l-qorti 346 persuna taħt it-18-il-sena dwar diversi offiżi.

Dawn jinkludu vjolenza kontra persuni jew uffiċċjali pubbliċi, theddid u nsulti, ksur ta’ bon ordni u paċi pubblika, feriti fuq persuni, ħsara volontarja, pussess ta’ droga, vjolenza domestika, offiżi kontra l-morali pubbliċi, serq, ilqugħ ta’ oġġetti misruqa u ksur tar-regolamenti tat-traffiku

Aqra aktar

Meta l-bullying ikun estrem

Il-familja ta’ tfajjel fl-Ingilterra ippubblikat ritratti xokkanti ta’ binhom ta’ 15-il sena.

It-tifel kien nieżel minn karozza tal-linja, fi triqtu lejn id-dar mill-iskola, meta safa attakkat, bir-riżultat ikun wiċċ minfuh u kollu demm. Ħabiba tal-familja użat Facebook biex ippubblikat ir-ritratti u talbet għall-għajnuna, bil-kliem: ‘Please, if anyone saw anything please tell the police.’  u ‘I’m sharing this with his mum’s permission.’

Il-Pulizija wkoll qed tappella biex min għandu informazzjoni dwar l-attakk li seħħ fid-dawl tax-xemx f’South Wales, jitkellem. Ġuvni ta’ 17-il sena kien arrestat b’rabta ma’ dan il-każ estrem ta’ bullying.

Aqra aktar

Saru Pulizija u pumpiera għal għodwa waħda

Min jajf kemm ħlomna fi tfulitna li meta nikbru jkollna xogħol avventuruż! Forsi ħlomna li s-saħħa u s-sigurtà pubblika tiddependi minnha.

Fl-okkażjoni tal-jum ta’ għarfien dwar is-servizzi ta’ emerġenza, numru ta’ tfal kellhom l-opportunità biex għal għodwa sħiħa jirkbu l-muturi u ż-żwiemel tal-pulizija u jaraw xogħol id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili mill-iktar viċin.

Tista’ tara l-eċitament tat-tfal hawn!

Aqra aktar

Kontra l-abbużi tat-tfal fil-futbol u fil-Knisja

Andrew Azzopardi huwa Safeguarding Officer tal-MFA u tal-Kurja Arċiveskovili lokali, u jinsab fil-qalba tal-isfida kontra l-abbużi fil-futbol u fil-Knisja lokali. L-għan prinċipali tal-ħidma tiegħu huwa l-protezzjoni tat-tfal u tal-minorenni minn kull tip ta’ abbuż. Il-gazzett KullĦadd tkellmet miegħu dwar iż-żewġ esperjenzi.

Irrakkontalna ftit fuq it-tfulija tiegħek.

Qegħdin ħamsa fid-dar, ħamest itfal u jien iż-żgħir. Kelli tfulija sabiħa, xejn ta’ barra minn hawn. L-ewwel sena nofs ta’ ħajti għextha s-Saudi Arabja għax missieri kien jaħdem hemm. Imbagħad ġejna Malta. Trabbejt is-Swieqi. Dak iż-żmien kien villaġġ żgħir, ma tantx kienu jafu bih. Illum kiber u nbidel ħafna. Għandi memorji sbieħ ħafna ta’ tfuliti. Kont immur skola l-Kulleġġ San Alwiġi.

Aqra aktar

Tifla ta’ 13-il sena l-iżgħar omm tal-2016

  • Mgħejjuna 52 minuri li saru ommijiet

Is-sena li għaddiet kien hemm 52 tfajla taħt l-età li ngħataw għajnuna miċ-Ċentru Għożża li jieħu ħsieb jgħin tfajliet adoloxxenti li jkunu naqbdu tqal.  L-iżgħar tifla s-sena li għaddiet kellha 13-il sena, filwaqt li kien hemm oħra ta’ 14 u tnejn ta’ 15 –il sena.  Kien hemm tliettax –il tfajla taħt is-sittax –il sena u 24 oħra taħt is-sbatax–il sena.

Aqra aktar

Ħidma biex tinfetaħ l-ewwel Children’s House hawn Malta

Waqt żjara fi New York, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia kellu laqgħa mad-Direttur tal-UNICEF Olav Kjorven, fil-Kwartieri Ġenerali tal-UNICEF.

Il-Ministru Farrugia tkellem dwar għadd ta’ miżuri li ttieħdu fl-aħħar tliet snin f’pajjiżna li jħarsu l-interessi tat-tfal u dwar il-liġi tal-ħarsien tat-tfal li jinsabu fil-kura tal-Istat, kemm it-tfal Maltin kif ukoll it-tfal li jispiċċaw Malta b’modi irregolari.

Dr Farrugia qal li l-Ministeru qed jaħdem biex f’Malta tinfetaħ l-ewwel Children’s House kif ukoll dwar il-preparamenti għall-abbozzi ta’ liġijiet dwar ‘Id-Drittijiet tat-Tfal’ biex Malta ssir konformi mal-Lanzarote Convention.

Children’s House huwa kunċett li qed ikun imħaddan minn ħafna pajjiżi. Meta jkun hemm tfal li jkunu involuti f’każijiet fejn għadhom bżonn jixdhu l-qorti, ikunu jistgħu jattendu qorti speċjali għalihom, li tkun child-friendly. Dawn imorru darba, jixhdu hemm u mhux imorru spiss f’ambjent li mhux ideali għalihom.

Aqra aktar

Bqajt ma ffirmajthiex

Bqajt ma ffirmajtx il-petizzjoni li qiegħda iddur online b’rabta mar-regolamenti tal-Malta Football Association fejn jidħlu t-tfal li jmorru  jitħarrġu f’nursery tal-futbol.

Mhux għax fil-prinċipju ma naqbilx li t-tfal għandhom ikunu kemm jista’ jkun ħielsa u ma jkollhom ebda rabta dwar meta u ma min iridu jilagħbu l-futbol. Fil-prinċipju, dik l-isbaħ ħaġa.

Aqra aktar

Send this to a friend