tfal – One News

Notifiki

Ħalliehom l-art: wissihom li jekk jikkanċellaw kienu se jitilfu €66,000

Mitejn u tmenin tifel u tifla Maltin baqgħu l-art wara li għat-tieni darba f’ġimgħa, aġent privat naqas milli jonora l-impenji tiegħu u baqa’ ma pprovdiex ajruplan sabiex imorru jikkompetu f’tournament magħruf bħala d-Dana Cup fid-Danimarka.

It-tfal min-nurseries tal-Pietà, Ħamrun u Birkirkara kellhom jitilqu minn Malta l-Ġimgħa filgħodu madankollu l-ajruplan li suppost kien mikri għalihom biex jiġborhom baqa’ ma wasal qatt.

ONE News tkellem mal-organizzaturi lokali ta’ dan it-tournament u spjegaw li kollox beda jiġi ppjanat seba’ xhur ilu.Aqra aktar

Il-PM jipproponi bidla fil-liġi biex ulied adottati jsiru Maltin b’mod awtomatiku

Waqt l-ewwel konferenza Nazzjonali dwar l-adozzjonijiet il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern se jressaq proposta għall-bidla fil-liġi biex ulied adottati jieħdu ċittadinanza Maltija awtomatikament. Preżentament il-ġenituri adottivi jridu jmorru l-Qorti u jiftħu proċess biex jiksbu ċ-ċittadinanza Maltija għal dawk li jkunu adottaw b’tant imħabba.

“Għalija hija xi ħaġa bla sens li dawn l-ulied ma jiġux stmati bħall-ulied oħra”, saħaq il-Prim Ministru f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. “Dawn it-tfal m’għandhom xejn inqas minn oħrajn, għandhom ikollhom dinjità bla ebda distinzjoni”, qal b’tant emozzjoni l-Prim Ministru. Żied jgħid li b’din l-emenda fil-liġi nnaqqsu skariġġ żejjed wara tant taqtigħ ta’ qalb li l-ġenituri jkunu għaddew minnu. Dr Muscat semma l-għotja ta’ €10,000 li qed jirċievu l-familji li jadottaw.Aqra aktar

Jammetti li ntrikeb mill-vizzju tal-pornografija tat-tfal u jitlob l-għajnuna tal-Qorti

Raġel ta’ 44 sena mis-Siġġiewi talab l-għajnuna tal-Qorti biex jegħleb il-vizzju li għandu għall-pornografija tat-tfal wara li tressaq il-Qorti minħabba li nstab ammont kbir ta’ pornografija tat-tfal fil-kompjuter tiegħu.

Kevin Mifsud affaċċja akkużi li żamm ritratti u filmati ta’ persuni taħt l-età jwettqu atti sesswali. Minn investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija jidher li t-tfal li jidhru fir-ritratti u l-filmati m’humiex Maltin, u li dawn kienu b’xi mod tniżżlu minn siti elettroniċi.

Mifsud ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bl-avukati difensuri jgħidu li r-reat huwa riżultat ta’ problema psikoloġika, u talbu li l-Qorti tipprovdi l-għajnuna li l-akkużat għandu bżonn. Kevin Mifsud ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, li matulhom se jingħata sessjonijiet ta’ psikoterapija u kura medika oħra li għandu bżonn.

Il-Qorti ordnat ukoll li tkun ikkonfiskata l-pornografija li nstabet fuq il-kompjuter tal-akkużat, u titħassar.

Send this to a friend