tfajliet – One News

Notifiki

Il-Pulizija Amerikana tingħata filmat li allegatament juri lil R. Kelly jabbuża sesswalment lil numru ta’ tfajliet

Amerikan qed jallega li sab filmat juri lill-kantant R.Kelly jabbuża sesswalment minn tfajliet ta’ karnaġġjon skur. Gary Dennis, ir-raġel, qal lill-midja Amerikana li l-filmat issa qiegħed għand l-awtoritajiet involuti wara li nstab f’daru.

Il-kantant R.Kelly affaċċja madwar għaxar akkużi ta’ abbuż sesswali ma’ erba’ vittmi, tlieta minnhom ikunu minuri. Jekk jinstab ħati, huwa kapaċi jintbagħat sa seba’ snin ħabs għal kull akkuża. S’issa, il-kantant qed jiċħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih, inkluż li hu deher fil-filmat li nstab f’dar Gary Dennis.

15-il persuna jaffaċċjaw akkużi ta’ qtil taż-żewġ nisa li nstabu b’għonqhom inħanxar fil-Marokk

15-il persuna qed jaffaċċjaw akkużi ta’ qtil b’rabta mal-mewt ta’ żewġ studenti Skandinavi fil-Marokk aktar kmieni dan ix-xahar. Dawn il-persuni qed jaffaċċjaw akkużi ta’ terroriżmu wkoll, fosthom li ħolqu għaqda terroristika bejniethom biex joqtlu l-persuni u jwettqu atti terroristiċi biex jikkawżaw tensjoni fil-pajjiż.

L-iġsma bla ħajja ta’ Louisa Vesterager Jespersen u Maren Ueland instabu aktar kmieni dan ix-xahar b’għonqhom imħanxar fil-Marokk viċin il-belt ta’ Imlil ħdejn il-muntanji Atlas.

Jinżamm arrestat fuq abbuż sesswali fuq tfajliet taħt l-età li kien qed jieħu ħsieb

Norman Bugeja, ta’ 57 sena minn Ħal Luqa inżamm arrestat wara li kien akkużat b’abbuż sesswali ta’ erba’ bniet f’ċentru miftuħ għall-minorenni li qed ifittxu l-ażil.

L-akkużat, li jaħdem bħala support worker fl-istess ċentru, tressaq quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli fejn ġie akkużat ukoll li talab favuri sesswali mingħand il-bniet, li għandhom bejn is-16 u s-17-il sena.Aqra aktar

Tabib Ingliż akkużat li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfal taħt l-età

Tabib Ingliż li ġie arrestat talli ħallas tfal li huma taħt l-età biex ikollu x’jaqsam magħhom sesswalment fil-Kambodja, kellu saħansitra bagalja mimlija ħwejjeġ tat-tfal u kif ukoll pupi tal-Barbie.

Clive Cressy, ta’ 69 sena, ġie arrestat f’post tax-xorb fil-kapital Phnom Penh il-Ħamis li għadda wara investigazzjoni tal-Pulizija wasslithom għal fejn kien hu. Hu ġie mressaq il-Qorti tal-lokal ilbieraħ flimkien mat-tfajla tiegħu.

Aqra aktar

Tliet tfajliet waqfu jattendu l-iskola għax nqabdu tqal – waħda kompliet

Kienu tliet studenti li fis-sena skolastika 2016-2017 (sa Frar) waqfu milli jattendu l-iskola minħabba li ħarġu tqal. L-etajiet tagħhom huma, tnejn ta’ erbatax-il sena u l-oħra ta’ sittax-il sena.

F’din is-sena skolastika kien hemm tfajla waħda li minkejja li ħarġet tqila baqgħet tattendi l-iskola.

Fis-sena skolastika 2015-2016 kienu tnejn li baqgħu jattendu l-iskola filwaqt li fis-sena skolastika 2014-2015 in-numru ta’ tfajliet li baqgħu jattendu l-iskola minkejja li ħarġu tqal kien ħamsa.

Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija Parlamentari li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo.

Send this to a friend