texas | One News

Notifiki

13-il persuna mejta f’inċident f’Texas

Tlettax–il persuna tilfu ħajjithom u oħrajn indarbu, f’inċident tat-traffiku f’Texas li seħħ kawża t’impatt bejn minibus t’għaqda Reliġjuża u trakk pick-up.

Il-minibus kien qed iġorr erbatax –il anzjan u anzjana ta’ grupp Reliġjuż li kienu fi triqthom lura lejn id-dar minn irtir.

Aqra aktar

Minn xifer il-mewt għal ħajja komda ma’ familja li tħobbha

Lura f’Novembru, id-Diviżjoni kontra l-krudeltà fuq l-Annimali rċivew telefonata dwar kelba mejta li kienet mitfugħa fit-triq f’Austin, Texas. Iżda kif waslu u resqu fil-viċin il-kelba, li kienet mimlija ħmieġ, għadma u ġilda u lanqas tiċċaqlaq, indunaw li bdiet tieħu n-nifs.

“Kif indunajna li l-kelba kienet għadha ħajja iżda f’xifer il-mewt ħadniha ġirja sal-Isptar tal-Annimali fejn minn hemm bdew kura t’emerġenza,” sostniet waħda mill-uffiċjali.

Aqra aktar

Jibqgħu jkunu abbużivi, anke wara mewtha!

Raul Vela, raġel li kellu jara lit-tifla tiegħu tmut ftit ġimgħat ilu, ma jridx li jagħmel paċi u lanqas li jżomm kwiet. Anzi, sostna li jrid azzjoni.

Brandy Vela, tfajla ta’ 18-il sena, neħħiet ħajjitha b’idejha quddiem il-ġenituri tagħha wara li sfat vittma ta’ ibbuljar fuq l-internet. It-tfajla li kienet tgħix f’Texas, sarilha l-funeral il-Ġimgħa. Fl-istess ġurnata kienet inħolqot paġna fuq is-sit soċjali Facebook biex titfakkar il-memorja tagħha.  Aqra aktar

Sparat u qatlet liż-żewġ uliedha

“Aħfirli, tisparax”

Kliem li nstema’ waqt telefonata tal-waħx li ġiet irreġistrata man-numru ta’ emerġenza 911.

Aktarx leħen waħda miż-żewġt’ibniet li ommhom qatlet f’Texas. Ftit wara tinstema tfajla titlob dawn il-kliem preċiżi: “Please! I’m sorry! Please! Don’t point that gun at her!” Aktarx kliem waħda mill-bniet meta l-omm dehret li se toqtol lit-tnejn li huma.

Christy Sheats ta’ 42 sena tbati minn dipressjoni u għamlet diversi attentati biex tneħħi ħajjitha. Hi u żewġha Jason kienu waslu biex jiddivorzjaw. Investigaturi mhux jifmhu għaliex, minkejja li kellha ħafna opportunitajiet biex tweġġa’ lil żewġha fid-dar tagħhom, għażlet li ddur għaż-żewġt’ibniet ta’ 17 u 22 sena. Qed jaħsbu li jista’ jkun riedet tweġġa’ lil-żewġha tant li ħaditlu dawk l-aktar għeżież għalih. Infatti l-isparar seħħ f’għeluq snin żewġha u fl-istess ġimgħa meta binthom il-kbira kellha tiżżewweġ. L-aħħar ġlieda seħħet meta l-omm ma riditx tħalli lil binthom toħroġ mid-dar u tara lil dak li kien se jkun żewġha – ħaġa li missier l-għarusa ma qabel xejn magħha.

Aqra aktar

Send this to a friend