tewmin – One News

Notifiki

Min ta l-aħħar parir lil Joseph Muscat qabel il-mass meeting

Qabel il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat jindirizza eluf ta’ nies f’mass meeting, jingħata parir speċjali. Dan il-parir jtuwulu t-tewmin tiegħu Etoile u Soleil. F’ritratt li l-Prim Ministru poġġa fuq il-profil ta’ Instagram tiegħu kiteb “L-aħħar pariri qabel nagħmel id-diskors fil-mass meeting.” F’dan ir-ritratt il-Mexxej Laburista jidher flimkien mal-familja tiegħu.

Aqra aktar

Tewmin ta’ tliet snin jgħerqu f’magna tal-ħasil

Tewmin ta’ tliet snin mill-Indja tilfu ħajjithom wara li għerqu fil-magna tal-ħasil meta ommhom ħarġet mid-dar għal ftit minuti.

Iż-żewġ subien, Nishand u Nakshya, instabu minn missierhom fil-magna tal-ħasil tal-familja wara li hu u martu għamlu tlettin minuta jduru ifittxuhom madwar ir-residenza tagħhom f’Rohini f’Delhi.

Aqra aktar

Madonna tadotta tewmin

Il-kantanta Madonna tefgħat stampa fuq Instagram tagħha flimkien ma’ tewmin bniet mill-Malawi. Qalet li l-proċess ta’ addozzjoni tat-tfal issa huwa lest u tinsab kuntenta li issa l-bniet huma parti mill-familja tagħha.

“Ninsab grata mmens lejn dawk in-nies mill-Malawi li għenu biex dan ikun possibbli” kitbet Madonna, filwaqt li appellat biex ikollha l-privatezza tagħha f’dan iż-żmien tranżitorju.

Madonna diġà għandha żewġt’itfal oħra mill-Malawi: David li addottatu fl-2006, u Mercy fl-2009.

Aqra aktar

Beyonce se jkollha tewmin!

Beyonce u r-raġel tagħha Jay Z għadhom kif ħabbru li se jkollhom tewmin. Dan wara li ħarġet ritratt fuq Instagram b’messaġġ li jgħid “ġejna mbirkin darbtejn. Ninsabu ferm grati li l-familja tagħna se tikber b’żewġ membri oħra.”

Tul dawn l-aħħar xhur il-midja mhux l-ewwel darba li spekolat li Beyonce kien se jkollha tarbija wara li bosta kkummentaw fuq iż-żieda fil-piż, iżda Beyonce u Jay Z ma rrispondew għall-ebda għidut. Ir-ritratt li poġġiet tant kiseb ‘qlub’ fuq Instagram li qed jitqies bħala l-aktar ritratt li ntogħġob wara li ftit xhur ilu kienet Selena Gomez li ngħatat l-unur li jkollha l-aktar ritratt bi ‘qlub’ fuq Instagram.

Aqra aktar

“Żewġ mirakli żgħar”

Kien mument ta’ biża’ meta omm fit-tnejn u għoxrin ġimgħa ta’ tqala kellha tittieħed l-isptar hekk kif kien wasal il-ħin biex twelled. Fit-testijiet ta’ rutina li għamlet ġimgħa qabel, kollox deher tajjeb hekk kif it-tobba qalulhom li f’ġuf l-omm kien hemm żewġt itrabi b’saħħithom.

Aqra aktar

Ħadd ma jemmen li tewmin!

Tewmin minn Quincy f’Illinois, għadhom kif fixklu lil bosta persuni fuq l-internet, dan wara li l-ġenituri tagħhom kitbu li huma tewmin minkejja li ma jixtibħux.

Skont il-midja barranija, il-BBC qalu li hemm ċans li 1 minn 500 koppja interrazzjali jkollhom tfal b’karnaġġjon differenti.

Il-ġenituri tat-tewmin Kalani u Jarani Dean qalu li qatt ma stennew li se jkollhom tewmin b’karnaġġjon differenti minkejja li ommhom hi ta’ karnaġġjon bjond u l-missier hu Afrikan-Amerikan.

Send this to a friend