test – One News

Notifiki

Gonzi : “Delia għandu jpoġġi t-tmexxija tiegħu għal test”

L-eks Prim Ministru u l-eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għandu jpoġġi t-tmexxija tiegħu għal test. F’mument ta’ krizi u inkwiet kbir fil-Partit Nazzjonalista reġa tfaċċa Lawrence Gonzi li mar jitkellem mat-Times of Malta dwar il-ġejjieni ta’ Adrian Delia. Dan wara l-ikbar t-telfa elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia, fejn saħħansitra tilef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Il-GU Clinic qed jaħdem fuq test li jurik ir-riżultat wara nofs siegħa

Madwar 7,000 sebat elef persuna żżur il-Klinika tal-Ġinekoloġija fis-sena. It-tabiba Valeska Padovese, f’intervista mal-Gazzetta KullĦadd, qalet li hawn żieda ta’ ċirkolazzjoni ta’ mard infettiv f’Malta, u kompliet tispjega li l-moviment tan-nies minn pajjiżi differenti seta’ wassal għal din iż-żieda.

It-tabiba Padovese qalet li bħalissa l-klinika għaddejja b’riċerka flimkien mal-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa biex jiġi żviluppat test effettiv li permezz tiegħu, jingħata riżultat fi 30 minuta.

Dan it-test iwassal biex il-kura tibda tingħata fl-immedjat f’każ ta’ riżultat pożittiv. Fil-preżent, f’każ li t-test jirriżulta pożittiv, il-persuna tintalab tmur il-klinika fejn isir it-tieni test biex tiġi kkonfermata l-aħbar. Il-persuna tkun riferuta għand speċjalisti tal-psikoloġija u tibda t-trattament minn hemm.Aqra aktar

Riċerkaturi Maltin jiżviluppaw test li jaqbad il-kanċer minn qabel

Riċerkaturi tal-Università ta’ Malta żviluppaw numru ta’ testijiet ġodda għall-kanċer tas-sider li mistennija jtejbu t-testijiet eżistenti u jagħmluhom inqas invasivi minn kif nafuhom bħalissa.

Il-Professur Geodfrey Grech, li huwa wieħed mil-koordinaturi ta’ dan il-proġett, spjega kif dawn it-testijiet issa huma kapaċi li jaqbdu tipi diversi ta’ kanċer minn test tad-demm. Dawn it-testijiet janalizzaw it-tumuri, li s’issa seta jkun analizzat mill-materjal tiegħu stess, iżda r-riċerkaturi żiedu s-sensittività ta’ dawn il-metodi, biex illum il-partiċelli tat-tumur li jkunu fid-demm ukoll jistgħu jiġu analizzati.

Il-Professur Grech spjega li minn dawn it-testijiet li huma iktar sensittivi tista’ tieħu informazzjoni fuq il-pazjenti mhux biss fil-bidu tad-dijanjożi, iżda tista’ tibqa’ tistħarreġ lill-pazjent waqt it-terapija. Qal ukoll li issa li l-prodott jista’ jiġi kkumerċjalizzat, qegħdin janalizzaw ukoll dawn it-testijiet fuq il-kanċer tal-musranaAqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq twettaq is-sitt test nukleari

Il-Ministru Ġappuniż għall-Affarijiet Barranin qal li l-Korea ta’ Fuq wettqet is-sitt test nukleari tagħha.
Waqt li kien qed jagħti l-kummenti tiegħu lill-ġurnalisti, Taro Kono qal li l-Gvern Ġappuniż ikkonferma li l-Korea ta’ Fuq wettqet test nukleari l-Ħadd filgħodu, wara li kienet eżaminata l-informazzjoni mill-aġenzija tat-temp u informazzjoni oħra.
Iktar kmieni, esperti tas-sismoloġija innutaw theżżiża f’żona fejn il-Korea ta’ Fuq kien għamlet testijiet nukleari oħra.
Iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddeskrivew it-theżżiża bħala splużjoni.

Aqra aktar

Screening test ġdid għal trabi tat-twelid

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li matul l-aħħar ġimgħat qiegħed isir test ġdid ta’screening għat-trabi.

Dan it-test huwa l-heel prick test għal congenital hypothyroidism. It-test kif kien issir fil-passat kien iħalli lok għal ħafna false positive u għaldaqstant kien iwassal għal ħafna ansjeta għall-ġenituri. Illum it-test qiegħed isir meta t-tarbija jkollha ftit ġranet.Aqra aktar

Send this to a friend