tennis – One News

Notifiki

200 plejer tal-juniors minn 35 pajjiż differenti f’pajjiżna għal tournament tat-Tennis

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbru li Asciak Tennis Academy ser torganizza tournament internazzjonali tat-tennis għall-juniors tal-ogħla livell f’Malta għall-ewwel darba.Aqra aktar

Aktar unuri għat-Tennista Malti Omar Sudzuka – Rebbieħ tal-Birkirkara Tennis Club Open 2018

Omar Sudzuka jiddomina fit-tournament tal-Birkirkara Tennis Club Open. Sudzuka t-tennista u coach tal-Asciak Tennis Academy din is-sena qiegħed iġib riżultati ferm prestiġġjuzi hekk kif ukoll jirnexxielu jirbaħ il-Kampjonat tat-Tennis tal-Birkirkara Tennis Club Open meta llum wara nofs in-nhar għeleb lil Matthew Cassar Torreggiani fil-finali ta’ dan it-Tournament bi skor ta’ 6-2, 6-4.

Aqra aktar

Prestazzjoni pożittiva tkompli mit-tennisti Maltin

Wara s-suċċess ta’ Francesca Curmi il-ġimgħa l-oħra fejn rebħet il-finali tal- ITF Junior Grade 2 Tournament tirritorna din il-ġimgħa billi tipparteċipa fl-ITF Womens Circuit Tournament li qiegħed jintlab f’Hammamet fit-Tunezija, din id-darba tingħaqad mal-istilla l-oħra Maltija tat-tennis Elaine Genovese fil-logħob femminili tad-doubles.

Id-duet Malti llum lagħab fil-kwarti finali kontra it-tielet seeds Sandra Samir u Cindy Burger, din ta’ l-aħħar tirrenkja xejn anqas minn (134) fil-“Career High Singles Ranking” tad-dinja. Genovese u Curmi taw prestazzjoni spettakolari, b’rebħa komda u distakk ta’ 6-2, 6-4.

Aqra aktar

L-ewwel tennista Maltija li rebħet it-tournament tal-ITF

Francesca Curmi issir l-ewwel plejer Maltija tat-tennis li rebħet l-International Tennis Federation Grade 2 Tournament.

Curmi rebħet dan il-kampjonat tal-ITF junior Grade 2 f’Tuniż wara li eliminat lil Franċiża Carole Monnet fi 3 settijiet 5-7 7-5 6-3.

Fil-vjaġġ tagħha, Curmi eliminat ukoll lir-Rumena prima Selma Stefania Cadar 6/1 6/2 li bħalissa għandha l-klassifikazzjoni ta’ 115 fil-Junior World ranking.

Curmi għad għandha 15-il sena u bħalissa qed tieħu taħriġ professjonali fl-Akkademja Asciak tat-Tennis li turi sinjali ċari li tista’ tikkompeti fost l-aqwa junior plejers fid-dinja u b’hekk tagħmilha l-ewwel plejer Maltija li kissret ir-rekord tal-aqwa 100 f’dan il-qasam.

Tfajla Maltija ta’ 16-il sena tikklassifika fl-ewwel post

Helene Pellicano ta’ 16-il sena ikklassifikat fl-ewwel post f’tournament tat-tennis li sar f’ Hammamet.

Bosta kienu l-messaġġi t’awguri li nkitbu lil din it-tfajla promettenti fuq il-paġna tagħha, fuq il-mezzi tal-midja soċjali biex jifirħulha għas-suċċess miksub.

Pellicano bdiet tilgħab it-tennis mill-età ta’ 4 snin u matul iż-żmien rebħet bosta torunaments internazzjonali.

Għal 4 snin sħaħ hija ttrenjat f’San Remo l-Italja.

 

Niltaqgħu maċ-champion Ewropea

“Champion Ewropea”

Huwa dan it-titlu li jista’ jingħata lil Helene Pellicano, li flimkien ma’ tenisti internazzjonali, hija wkoll għolliet t-trofew tal-Junior European Championship.

Rodrick Zerafa ltaqa’ ma din it-tfajla ta’ erbatax-il sena biex jitkellem magħha dwar din l-esperjenza u t-talenti tagħha.

Aqra aktar

Send this to a friend