temperaturi – One News

Notifiki

Aktar temperaturi kesħin fil-jiem li ġejjin

It-temperaturi kesħin li ħakmu l-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem mistennija jkomplu jippersistu fil-jiem li ġejjin.  Hekk saħaq ma’ ONE NEWS is-Sur Patrick Zahra li ilu għal dawn l-aħħar tmienja u għoxrin sena jaħdem fl-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Matul tmiem din il-ġimgħa, il-gzejjer Maltin qed ikunu ddominati minn temperaturi baxxi li saħansitra niżlu għal erba’ gradi celsius filwaqt li l-maltemp ġab miegħu qawwa ta’ riefnu forza ħamsa u sitta anke b’ħalbiet tax-xita bis-silġ. B’rabta ma’ dan tal-aħħar is-Sur Zahra spjega kif dan il-ksieħ kollu huwa ġej minn arja ta’ pressjoni baxxa li ġejja mill-pajjiżi Nordiċi kif ukoll mis-Siberja:

“Meta jkun hawn dawn it-temperaturi baxxi li jigi huwa mit-tramuntana tal-Ewropa – pajjiżi Nordiċi jew mis-Siberja – ikun hawn massa ta’ arja kiesħa li tibda nieżla mi-naħa tal-Ewropa.  Affetwat ukoll lit-Taljani ilhom jgħidu ħafna u baqgħat nieżla din it-temperatura u kellhom il-borra fi Sqallija allura tippretendi li n-naħa tagħna nlaqqtu xi ħaġa ta’ temperaturi kesħin.”

Il-ħalbiet bis-silġ kienu fost l-aktar suġġetti u ritratti ttrattati fuq il-media soċjali.  Madankollu, meta mistoqsi minn ONE NEWS, is-Sur Zahra qal li dik il-ħalba ma tikklassifikax bħala borra:

“Għalina dik mhux borra – soft hail jew inkella qisu silġ imma iktar artab. Biex ikollok il-borra jrid ikollok it-temperatura minn 0 jew 1 degree jew below. U anke s-sħab kien tat-tip Cumulus u dak ma jagħtiniex borra imma silġ. Biex ikollok il-borra jrid ikollok sħab iktar baxx bħal stratus jew nimbustratus.”

L-ewwel ħamest ijiem tas-sena kienu ddominati minn temperaturi aktar kesħin mis-soltu.  It-temperatura medja f’Jannar normalment kważi tilħaq is-sittax-il grad celsius, sa issa din laħqet it-tlettax-il grad; mentri il-medja tal-inqas temperatura normalment tilħaq il-kważi għaxar gradi celcius mentri sa issa din niżlet għal kważi tmien gradi.

Minkejja li l-ksieħ qiegħed jinħass, l-inqas temperatura qatt irreġistrata f’Malta kienet ta’ ftit aktar minn grad celsius- liema temperatura ġiet irreġistrata lura fl-elf disa’ mija wieħed u tmenin.

Xita bir-ragħad għal għada

Jidher li għada se tilħaqna x-xita, possibbilment bir-ragħad mal-ġurnata.

Dan tħabbar fuq is-sit FirstMalta (ara: http://www.firstmalta.com) fejn saħqet li se jilħaq lill-gżejjer tagħna, riħ Nofsinhar li jsir Punent b’Forza 4 sa 5.

L-ogħla temperaturi mistennija jkunu ta’ 14C waqt li l-inqas, mistennija tkun dik ta’ 10C.

Dan qed jiġri hekk kif bħalissa sistema ta’ pressjoni baxxa li tinsab fuq l-Italja se tkun qed tersaq iktar lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u taffettwa lil gżejjer Maltin. Dan se jwassal sabiex it-temp instabbli jkompli jolqotna. Dan ġie msemmi mill-Universita’ ta’ Berlin li għandha l-awtorita’ li ssemmi s-sistemi ta’ pressjoni baxxa u għolja fuq iż-żona tal-Ewropa Ċentrali  qed issejjaħ din is-sistema li se tkun qed taffetwana fil-ġranet li ġejjin bħala ‘Sabine’, il-verżjoni tal-isem ‘Sabrina’ bil-Ġermaniż.

 

Capture

 

Jannar 2018 sħun iżjed mis-soltu

B’temperaturi kemxejn ogħla min-normal, Jannar tal-2018 ma nistgħux ingergru li ma kellux xemx.

B’kollox kellu ’l fuq minn sitt sigħat ta’ xemx aktar milli mistenni f’dan iż-żmien tas-sena bl-ogħla temperatura tkun ta’ 19.2 gradi celsius.

Aqra aktar

Kesħa toqrob lejn il-gżejjer Maltin

Malta tinsab maqbuda bejn temperaturi iktar sħan li qed joriġinaw mill-Afrika u li qed jikkontrastaw ma’ temperaturi iktar kesħin lejn it-Tramuntana tagħna fuq l-Ewropa.

Is-sit tal-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta.com ( www.firstmalta.com )  qed jirraporta li li l-arja pjuttost kiesħa tal-Ewropa se tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran, dan mistenni jiġri bejn il-lejl tas-Sibt 20 u l-Ħadd 21 ta’ Jannar li ġej.

Id-Diviżjoni tas-saħħa bi twissija dwar temperaturi għoljin

Id-Diviżjoni tas-Saħħa avżat lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf tal-ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, u persuni li qed ibatu minn xi kundizzjoni kronika jew li huma attivi ħafna.
Aqra aktar

Evitaw li toħorġu barra bejn il-11.00 u l-16.00

Li s-Sajf jinsab fl-eqqel tiegħu, mhijiex aħbar, iżda li s-sħana se tkompli żżid hija l-aħbar għal bidu ta’ din il-ġimgħa. Is-sħana mistennija tkompli tippersisti fil-fatt, din il-ġimgħa se tkun ir-raba’ mewġa ta’ sħana għal dan is-Sajf bit-temperatura se tinħass 40°C.

Aqra aktar

Se jiffriska!

Fl-aħħar jiem it-temperatura tal-gżejjer Maltin kompliet tiżdied, fil-fatt f’ċertu mumenti fl-aħħar jiem it-temperatura saħansitra nħasset 40°C.

Illum, it-temperatura qed tinħass 39°C f’temp xemxi u sħun u l-Ġimgħa t-temp mistenni jkun bħal tal-lum. Iżda Lulju se jibda b’temperatura aktar baxxa dan hekk kif is-Sibt it-temperatura mistennija tinżel għal 34°C, iżda jidher li se jkun il-jum tal-Ħadd li se jkun qed itaffi ftit mis-sħana li qed taħkem lil pajjiżna, dan hekk kif it-temperatura se tinżel għal 30°C u huwa mbassar li se jkun ir-riħ.

Il-bidu tal-ġimgħa mbagħad minkejja li t-temperatura se tkun xorta waħda aktar baxxa, t-temp mistenni jkun ftit imsaħħab u mbagħad isir xemxi.

Aqra aktar

TWISSIJA dwar temperaturi għoljin

  • L-ogħla temperatura mistennija li tkompli tiżdied fil-ġranet li ġejjin

 Id-Diviżjoni għas-Saħħa avżat lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu matul ix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem, li jista’ jirriżulta biex wieħed jixxotta (dehydration).

Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd speċjalment lill-anzjani, lit-trabi, lit-tfal żgħar, lil persuni li jbatu b’mard kroniku jew li huma attivi ħafna – dawn għandhom iktar ċans li jiġu affettwati.

Aqra aktar

April b’temperaturi aktar sħan mis-soltu

  • Aktar xemx u temperaturi kemxejn ogħla mis-soltu f’April
  • ‘Il fuq minn 250 siegħa ta’ xemx irrekordjati
  • 14-il ġurnata bix-xita pproduċew total ta’ 12.8 mm ta’ xita

April ġab miegħu temp sabiħ tar-rebbiegħa, bix-xemx toħroġ għal medja ta’ 8.6 sigħat kuljum. It-turisti li għażlu li jqattgħu l-vaganzi tal-Għid tagħhom Malta żgur ma kinux iddiżappuntati bit-temp, hekk kif it-temperatura laħqet massimu ta’ 24.5°C fil-15 u s-16 ta’ April.

Aqra aktar

Send this to a friend