temp – One News

Notifiki

Ix-xita t’Ottubru ttemm in-nixfa Sajfija

Hekk kif sajf sħun u niexef aktar mis-soltu wasal fi tmiemu, Ottubru fetaħ bibien is-sema, u taffa xi ftit is-sħana permezz ta’ temperaturi aktar baxxi, li minn medja ta’ ħamsa u għoxrin grad celcius f’Settembru, niżlu għal medja ta’ tnejn u għoxrin grad celcius f’Ottubru.Aqra aktar

Awwissu grad aktar sħun mis-soltu, l-ogħla temperatura laħqet is-36 grad

F’Awwissu li għadda, it-temperatura medja tal-ajru kienet ta’ 28.2°C, jiġifieri kienet grad ogħla minn kemm tkun normalment f’dan ix-xahar. Kif ukoll it-temperatura medja tal-baħar ukoll żdiedet bi grad għal 27.3°C.

Skont l-istqarrija maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jirriżulta li l-ogħla temperatura f’Awwissu leħqet it-36°C. Din it-temperatura ġiet irreġistrata fit-13 ta’ Awwissu. Filwaqt li fil-ġimgħa ta’ wara l-festa ta’ Santa Marija, nhar it-18 u 19 ta’ Awwissu kienu l-aktar jiem imdawwlin hekk kif ix-xemx iddiet għal ftit aktar minn 13-il siegħa. 21.8°C kienet l-inqas temperatura li niżlet fix-xahar li għadda.Aqra aktar

Ir-riħ qawwi ta’ bħalissa se jibqa’ jippersisti sal-lejla

Il-qawwa tar-riħ mistennija tlaħħaq il-Forza 6 tul il-jum tas-Sibt u l-pubbliku qed ikun imwissi jżomm il-bibien u twieqi tad-dar magħluqa, u jevitaw li jipparkjaw il-karozza viċin tal-baħar.

It-twissija ta’ riħ qawwi se tibqa’ fis-seħħ sal-lejla, b’xi ħalbiet iżolati tax-xita wkoll mistennija jinżlu fuq il-Gżejjer Maltin fil-ħin li ġej.

Il-maltemp jidher li se jkompli jippersisti sa nhar it-Tnejn li ġej, fejn qed tkun imbassra xita qalila.

ARA: Se jkollna temperaturi għoljin u ftit xita f-2019

Is-sena l-ġdida bdiet kważi kif spiċċat dik ta’ qabilha b’temp kiesaħ ixoqq il-għadam. Fil-fatt b’temperatura ta’ disa’ gradi celcius, il-jum ta’ Ġimgħa li ġej mistenni jkun l-aktar wieħed kiesaħ għal din ix-xitwa. Dan hekk kif arja kiesħa minn fuq it-Tramuntana tal-Ewropa se tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.

L-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li s-sena li għaddiet kienet l-aktar waħda b’maltemp. Dan partikolarment fil-jiem sħan tas-sajf tant li għal għaxart ijiem sħaħ, il-Maltin ħarġu l-umbrellel biex jilqgħu għal xita qliel.

Mark Vella Gera, bassar tat-temp mas-sit lokali Malta Weather, stqarr ma’ One News li għalkemm uħud, l-aktar id-dilettanti tal-Karnival ma ħadux gost bix-xita li niżlet fi Frar tas-sena l-oħra, din ix-xita kienet ferm importanti għall-gżejjer Maltin għax naqset ftit min-nixfa li kellna f’dawn l-aħħar tliet snin.Aqra aktar

Isma’: Ċans ta’ xita bis-silġ lejlet l-Ewwel tas-Sena u fl-ewwel jiem tal-2019

Jidher li ma tantx hemm aħbarijiet sbieħ għal min jixtieq jibda s-sena l-ġdida f’xi festin, hekk kif bassara tat-temp qed iwissu dwar ħalbiet iżolati ta’ xita bis-silġ għal lejlet l-Ewwel tas-Sena.

Ikkuntattjat minn one.com.mt, il-bassar tat-temp Mark Vella Gera saħaq li l-qawwa tar-riħ mistennija tlaħħaq il-Forza 6 mill-Majjistral għat-Tramuntana. Tant hu hekk, li minkejja li t-temperatura se tinżel għal bejn 7°C u 8°C, se tinħass ħafna aktar kesħa minħabba l-qawwa tar-riħ.

Vella Gera spjega wkoll li fl-ewwel jiem tal-2019 Malta se tesperjenza arja kiesħa b’temperaturi li jinżlu għal 7°C. Minkejja x-xemx, mistennija wkoll xi ħalbiet iżolati ta’ xita, li minħabba l-kesħa li se tagħmel jistgħu jirriżultaw f’silġ.

Send this to a friend