telephone – One News

Notifiki

Riċerka turi li GO għandha l-aktar netwerk veloċi

 

Riċerka li saret minn Net Check GmbH, kumpanija Ġermaniża ewlenija u indipendenti li tispeċjalizza fil-performance testing ta’ netwerks tal-mowbajls (www.netcheck.de), uriet b’mod konkret li GO għandha l-aħjar netwerk ċellulari f’Malta. Ir-riċerka, li saret madwar it-territorju Malti kollu, żvelat ukoll li s-servizz tal-internet ċellulari ta’ GO hu ferm aktar veloċi minn dak ta’ kwalunkwe kompetitur ieħor.Aqra aktar

Tinbiegħ arma letali: it-telefon ta’ Hitler. Prova aqta kemm xtrawh!

Telefon li kien juża Adolf Hitler fit-tieni gwerra dinjija għadu kemm inxtara għas-somma ta’ $243,000 (kważi €229,000) fl-Amerka.

L-identità ta’ min xtara dan it-telephone bl-irkant f’Chesapeake City, Marlyand, ma tistax tkun żvelata. Huwa telefon aħmar, b’isem il-mexxej nazzist minqux fuqu, u nstab f’moħba f’Berlin fl-1945.

Suldati Sovjetiċi taw dan it-telephone lill-uffiċjal Inglia Sir Ralph Rayner bħala souvenir, ftit wara li l-Ġermanja rtirat. Uffiċjali fil-post fejn sar l-irkant iddeskrivew dan it-telephone bħala għodda tal-qerda tal-massa. Kien jintuża biex Hitler jagħti ordni biex jinqatlu eluf ta’ ħajjiet.

Intant xi ħadd ieħor xtara statwa tal-porċellana li kienet ta’ Hitler. L-istatwa ta’ kelb tat-tip Alsatian marret għas-somma ta’  $24,300.

It-tfal l-inqas li jduru fuq il-179

Għal snin twal, speċjalment meta saru kampanji fl-iskejjel dwar kif it-tfal għandhom ifittxu l-għajnuna tal-179, mhux darba u tnejn li ġenituri setgħu jikkummentaw dwar kemm jista’ jkun li uliedhom qegħdin jingħataw arja żejda.

Iżda, kelliema għall-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) qalet mal-gazzetta KullĦadd li persuni taħt it-18-il sena huma fost l-inqas li jużaw is-servizz ta’ għajnuna li joffri dan in-numru li issa daħal fil-25 sena tiegħu.

“Għal kontra ta’ dik li hija l-perċezzjoni tal-pubbliku inġenerali, ma tantx iċemplu minuri. Peress li aħna membri wkoll tal-organizzazjoni dinjija, Child HelpLine International, nixtiequ ħafna li tfal u żgħażagħ li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli ma jiddejqux li jċemplu fuq il-linja tagħna. Is-Supportline 179 mhux qiegħed hemm biex jagħti arja żejda lit-tfal iżda huwa mezz ta’ kif tfal li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli jistgħu jfittxu l-għajnuna,” qalet il-kelliema tal-fondazzjoni.

Aqra aktar

Tħawwad meta tuża smartphone? Ħasbu fik

 B’inizjattiva bejn l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni u tliet operaturi tat-telefonija – Go, Melita u Vodafone – tnieda GetSmarter.
Dan huwa programm ta’ taħriġ bil-għan li jgħin lill-persuni jagħmlu l-aqwa użu tal-ismartphone tagħhom.

Aqra aktar

Irritornajt id-direttorju l-antik? Għent lid-Dar tal-Providenza b’€5,501!

Yellow qed iżżomm il-wegħda li tikkontribwixxi għal għan soċjali nobbli. Il-kumpanija ikkommettiet ruħha illi tigbor l-edizzjonijiet il-qodma tad-direttorji mill-1999. Din is-sena, matul il-kampanja tal-ġbir u r-riċeklaġġ, grazzi tal-partiċipazzjoni assoluta tal-pubbliku generali, il-kumpanija rnexxielha tigbor total ta’ 45,010 direttorji użati. Dawn huma eżaminati u vverifikati mill-KPMG, u ser jigu rriċiklati sabiex nissalvagwardjaw l-ambjent.

Il-kumpanija għamlet wegħda li se tagħti donazzjoni ta’ €0.10 għal kull kopja qadima tad-direttorju illi jingabar, b’risq id-Dar tal-Providenza. B’hekk id-Dar, ser tkun qed tirċieivi s-somma totali ta’ €5501.

Aqra aktar

Send this to a friend