Taxxa | One News

Notifiki

L-ewwel waħda ta’ Delia

Fis-16 ta’ Settembru, l-Avukat Adrian Delia ntgħażel mit-tesserati biex imexxi l-Partit Nazzjonalista.  Wiegħed li mill-għada l-Partit Nazzjonalista kellu jerġa’ jibda jitkellem b’leħen wieħed. Però l-firda, id-dwejjaq, il-battibekki ta’ qabel Delia nħatar kap, baqgħu hemm.

Aqra aktar

“Il-ġbir tat-taxxi għandu jibqa’ prerogattiva tal-Istati individwali tal-UE” – Alfred Sant fl-ECON

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema speċjali tal-eżenzjoni tal-VAT għal intrapriżi żgħar għandha tippermetti miżuri simplifikattivi f’każ li l-Istati Membri tal-UE jagħżlu metodi aktar stretti fil-ġbir tal-VAT, qal Alfred Sant, Shadow Rapporteur għal Grupp tal-S&D, lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar l-Affarijiet Ekonomiċi (ECON).

Aqra aktar

Delia b’aktar inkonsistenzi dwar il-ħlas tat-taxxa

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ngħata għajnuna minn qraba tal-mara tiegħu sabiex ikun jista’ jħallas kont pendenti ta’ tmenin elf ewro f’arretrati ta’ taxxa li kienu jmorru lura s-snin.

It-Times of Malta żvelat kif il-kunjati ta’ Adrian Delia għamlu dan billi daħlu għal konvenju li kien iffirma snin ilu għal proprjetà li tmiss mad-dar tiegħu fis-Siġġiewi b’valur ta’ €88,000.

Dan jikkuntrasta ma’ dak li qal Adrian Delia ma’ The Malta Independent. 

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju li għadda, Adrian Delia kien qal li ħallas it-taxxa dovuta mill-bejgħ tal-propjetà kif ukoll ishma ta’ kumpaniji.

Iżda issa jirriżulta li din id-dar għadha fuq konvenju li daħlu għalih il-kunjati tiegħu.Aqra aktar

Adrian Delia gideb lil Robert Arrigo f’wiċċu

  • Ma ddejjaqx iħarriflu fuq it-taxxa mhux imħallsa

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, gideb lill-Viċi Kap Robert Arrigo meta dan tal-aħħar talbu spjegazzjoni dwar il-kwistjoni tat-taxxa.

Fil-fatt, Robert Arrigo mar ikellem lill-partitarji Nazzjonalisti biex jgħidilhom jaqtgħu l-kwistjoni tat-taxxa ta’ Delia għax Delia kkonvinċieh x’kien ġara.

“Dan ir-raġel irrispondieni għal kull mistoqsija antipatka,” qal Robert Arrigo li belagħha li l-kwistjoni kollha kienet iddur ma’ każ li Delia rebaħ għal klijent imbagħad ried jirbħu għalih.

“Kemm smajt jien, għax ma ħallasx. U wara għax ħallas u minn fejn ħallas?” qal Arrigo lin-Nazzjonalisti miġbura quddiemu filwaqt li prova jserħilhom rashom li ma ħadhomx mill-ġbir ta’ fondi. Imbagħad Robert Arrigo qal li Delia qallu bil-fatti li tat-taxxa tawh raġun.Aqra aktar

DELIA MA JGĦIDX MINN FEJN ĠAB €130,000 F’XAHAR

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma jridx jgħid kif f’xahar ġab mija u tlettin elf ewro biex ħallas it-taxxa li kellu pendenti mad-dipartiment tat-taxxa.

Huma ħafna, anki dawk li fil-partit nazzjonalista, li qegħdin isaqsu minn fejn Adrian Delia f’żewġ pagamenti sab il-flus biex ħallas it-taxxa.

Aqra aktar

Send this to a friend