taxi – One News

Notifiki

Jitressaq il-Qorti x-xufier tat-taxi involut fl-inċident fatali f’San Ġiljan

Illum fil-Qorti se jkun qed jitressaq ix-xufier ta’ taxi li kien involut f’inċident f’San Ġiljan. Inċident li fih tilfet ħajjitha t-tfajla Rumena, Loredana Nemes, ta’ 19-il sena residenti l-Italja.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs tal-Erbgħa filgħodu taħt il-mini ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tfajla Rumena titlef ħajjitha wara li ttajret minn taxi

14:55: Il-Pulizija kkonfermat li l-vittma li dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident f’San Ġiljan hi tfajla Rumena ta’ 19-il sena residenti l-Italja.

Aktar Qabel: Il-jum sebaħ fuq nota traġika hekk kif mara tilfet ħajjitha wara li kmieni filgħodu ntlaqtet minn taxi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs taħt il-mini ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan.

Aqra aktar

Venda tat-taxi ġdida b’servizz komplut fil-Belt

Fil-Belt Valletta issa wieħed jista’ jsib taxi booth li b’hekk issa għandna erba’ booths tat-taxis il-bojod f’pajjiżna. Din il-booth se taħdem bl-istess sistema ta’ dawk li nsibu fl-ajruport, f’San Ġiljan u fix-xatt tal-Belt Valletta.

Permezz ta’ dawn il-booths, il-passiġġier issa jista’ faċilment jara l-prezz ta’ kemm se jiġi jiswieh il-vjaġġ rispettivament skont il-lokalità li jkun sejjer fiha.

Aqra aktar

Anke tal-ġelati għenu biex inisslu tbissima!

Liema tifel jew tifla ma tifraħx meta tgħidilhom li sejrin għal xi ġelat tajjeb?

Ma kinux biss tat-taxis li għenu biex grupp ta’ tfal tnisslet tbissima fuq fommhom. Diġà irrapportajna li x-xufiera tat-taxis il-bojod żammew l-appuntament annwali tagħhom biex għat-tielet sena konsekuttiva, ferrħu lil għexieren ta’ tfal minn djar residenzjali mifruxa madwar Malta u Għawdex.

Aktar minn 40 soru u carer assistew lill-130 tifel u tifla li qattgħu l-ġurnata jagħmlu attivitajiet diversi grazzi għall-inizjattiva tal-istess xufiera.

La Gelateria Tanti qasmu l-ferħ li ħassew meta kellhom l-opportunità joffru prodotti minn tagħhom lil dawn it-tfal.

Tiggustqx ġelat fil-kesħa tax-xitwa jew le, tħobbx taċ-ċikkulata, vanilla jew tal-frawli, intix kbir jew żgħir, jibqa l-fatt li l-ġenerożitżà Maltija ftit għandha paraguni.

Aqra aktar

Jingħaqdu biex jgħidu: #getacab

Gawdi il festi, gawdi l-ħajja…#getacab. Jekk se ssuq, tixrobx.

Dan huwa l-messaġġ ewlieni ghal kampanja kontra is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.

Dalgħodu diversi entitajiet, fosthom il-Pulizija, nies mill-qasam tas-saħħa, mill-protezzjoni ċivili u oħrajn tkellmu favur sewqan responsabbli niedew din il-kampanja bil-għan li jkunu evitati fatalitajiet. Ingħad li dawn il-kampanji hallew il-frott fl-ahhar erba’ snin, u f’dan ix-xahar ta festi s’issa ma kien hemm ebda fatalità f”incidenti tat-traffiku.

Aqra aktar

Tat-taxi jibqa’ għaddej

Il-kulur aħmar ma fisser xejn għal dan is-sewwieq ta’ taxi, li baqa’ għaddej b’veloċità massima, jekk mhux eċċessiva, f’Ħal Luqa. Imnalla inżerta’ li sewwieq ta’ rota ma qabadx u qasam it-triq malli d-dawl qaleb aħmar.

Ara l-filmat imtella’ minn Malta Roads.

Aqra aktar

Tweġġa’ wara li ntlaqtet minn taxi

Mara Ingliża intlaqtet minn taxi fi Triq Gianpula, limiti tar-Rabat. Kien għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra ta’ dalgħodu li l-Pulizija kienu nfurmati li kien seħħ dan l-inċident tat-traffiku. Aqra aktar

Send this to a friend