tas-sliema | One News

Notifiki

Agħmel rapport jekk tagħraf lil dan ir-raġel

Filmati minn cameras tas-sigurtà juru raġel jarmi skart goff illegalment fi Triq l-Annunzjata, Tas-Sliema.

Id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex ikun identifikat ir-raġel li wettaq dan ir-reat. Jidher li dan ipparkja l-vann tiegħu viċin ta’ sit ta’ kostruzzjoni u ħalla l-iskart tiegħu biswit dar privata fl-imsemmija triq.

Dawk li għandhom kwalunkwe informazzjoni jistgħu iċemplu lid-Diviżjoni fuq 1718 jew jagħmel kuntatt fuq il-paġna soċjali tagħhom fuq Facebook:

https://www.facebook.com/CleanMalta/

FILMAT: Maqbuda 25 kilo droga li tammonta għall-valur ta €700,000

Il-Pulizija arrestat tliet Taljani wara sejba kbira ta’ droga, allegatament raża tal-kannabis li kienet qed tinżamm moħbija fuq pallet f’garaxx f’Tas-Sliema.

Dawn il-persuni, li l-età tagħhom tvarja bejn it-33 u 57 sena u residenti f’Birkirkara, kienu arrestati wara li nstabu fil-pussess ta’ iktar minn 25 kilo tal-pjanta tal-kannabis moħbija f’kaxex li kien fihom paketti tat-tissues.

Din il-qabda ta’ droga saret waqt rejd mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-droga u tar-Rapid Intervention Unit fi Triq Matthew Pulis.

Xhieda fuq il-post fejn seħħ ir-rejd qalu ma’ ONE News li l-Pulizija dehru deħlin fil-garaxx ta’ blokka li qiegħda tinbena b’ħeffa liema bħalha.

Fi ftit ħin, inqalgħet it-triq u nħolqot kommossjoni sħiħa meta l-pulizija dehru joħorġu għadd ta’ persuni mmannetjati. Tnejn minnhom ittieħdu direttament id-Depot tal-Pulizija l-Floriana filwaqt li raġel ieħor baqa’ jinżamm fuq il-post sakemm inħarġet is-sustanza kollha tad-droga.Aqra aktar

Aġġornat: Attentat ta’ serqa f’ħanut f’Tas-Sliema

Raġel ġie arrestat wara li daħal jisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’Tigne. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15.30 ta’ wara nofsinhar fl-istabbiliment The Point.

Sorsi qalu lil dan l-istazzjoni li l-ħalliel kien armat b’imqass, u prova jisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ sportivi.

Iżda l-ħalliel twaqqaf minn sid il-ħanut, li qabdu jisraq fil-fatt. Fuq il-post issejħu l-Pulizija li arrestaw lis-suspettat.

ARA: Il-WSC b’ħidma biex twaqqaf ħruġ kbir ta’ ilma fil-baħar

Ħaddiema tal-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma jinsabu għaddejjin b’ħidma biex iwaqqfu kwantità kbira ta’ ilma li qed jispiċċa l-baħar f’ Tas-Sliema.

ONE News jinsab informat li l-ħsara kienet riżultat ta’ pressjoni għolja f’mejn tal-ilma f’Tas-Sliema. Il-ħaddiem tal-WSC qegħdin fuq il-post u s-sitwazzjon mistennija tirrisolva mal-lejl.

Raġel arrestat f’Tas-Sliema

 

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-4.20am, il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk mir-Rapid Intervention  Unit,  arrestat raġel fi Triq  Sir  Adrian Dingli, Tas-Sliema.

Dan ġara fi Triq Dun Mikiel Rua kantuniera ma’ Triq Ġuże` Howard, Tas-Sliema, meta l-pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li allegatament kienet qiegħda tisraq minn vettura.

Aqra aktar

Send this to a friend