tarxien – One News

Notifiki

Ir-raħal ta’ Ħal Tarxien libes il-libsa tal-festa

Tul din il-ġimgħa, ir-raħal ta’ Ħal Tarxien qed jiċċelebra l-Festa Titulari ta’ Marija Annunzjata. Festa f’raħal żgħir li fiċ-ċokon tiegħu wieħed isib għadd sostanzjali ta’ dilettanti li ta’ kull sena jaħdmu id f’id biex Ħal Tarxien ikompli jfur b’xogħol artistiku u pittoresk.

Waħda mill-Għaqdiet li taħdem qatiegħ għall dan ir-raħal hi l-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata li ‘fl-okkażjoni ta’ għeluq it-30 sena mit-twaqqif tagħha,  fetħet il-festi ad unur Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien nhar l-Erbgħa 23 ta’ Mejju 2018 bl’inawgurazzjoni ta’ supraporti ġodda tul Triq l-Annunzjata.

Fuq disinn oriġinali tal-artist Għawdxi Josef Camilleri, dan il-proġett ambizzjuz ta’ 16-il supraporta sab postu mal-lista vasta t’armar rikk f’dan ir-raħal. Dik li xi darba kienet holma ghall membri tal-Għaqda, issa saret realta’.

Il-Program ta’ din l-istess Għaqda kompla il-Ħadd 27 ta’ Mejju fejn fi Triq is-Sorijiet gie inawgurat il-Pedestall Monumentali tal-istatwa ta’ Marija Annunzjata wara restawr estensiv. F’din l-attivita Muziko-Letterarja bil-partecipazzjoni tal-kor ‘Tota Pulchra’ taħt id-direzzjoni tas-Surmast Walter Tonna ġew premjati il-persuni li b’xi mod jew iehor kienu ta’ għajnuna għall-Għaqda, b’mod partikolari il-membri.

Intant tul din il-ġimgħa, flimkien ma’ attivitajiet oħra mtellà minn għadd ta’ għaqdiet fir-raħal, l-programm tal-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata relatat mal-Festa 2018 ikompli nhar it-Tlieta 29 ta’ Mejju bil kxif tal-istatwa ta’ Marija Reġina indurata bid-deheb fuq disinn dekorattiv tal-artist Manwel Grech fi Triq l-Annunzjata waqt Marċ Tradizzjonali mill-Banda Madonna tal-Gilju, Imqabba biex imbgħad nhar il-Ġimgha 1 ta’ Ġunju – ‘Kewkba’ – Xow spettakolari ta’ nar sinkronizzat mal-muzika fi Triq is-Sorijiet biswit il-Pedestall Monumentali ta’ Marija Annunzjata.’

Dan kollu se jkun mgħaġun ma’ attivitajiet oħra fosthom kunċert fuq il-plancier mtella mill-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata flimkiem ma’ għadd ta’ marċi u prestazzjonijiet ta’ nar tal-art u tal-ajru.

Iweġġa’ raġel wara li waqa’ f’Ħal Tarxien

Għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu (0900hrs) tal-lum, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha ġewwa fond fi Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien.

Irriżulta li r-raġel residenti l-Gudja u li għandu ta’ 70 sena, kien qed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ washroom u għal xi raġuni waqa’ u ġie fuq il-bejt tar-residenza. Ġiet infurmata l-Pulizija tad-Distrett li marret minnufih fuq il-post flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Issejħet ukoll l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

 Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.

 

 

Karozza tieħu n-nar f’Ħal Tarxien

ONE NEWS huwa nfurmat li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma biex jiġu kkontrollat in-nirien li ħakmu vettura fi Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien. Bħalissa għaddejja ukoll ħidma biex jitneħħa d-duħħan li daħal fid-djar.

Aqra aktar

“L-istess persuni li ħolqu l-problemi ta’ pajjiżna ma jistgħux isolvuhom” – JM

“L-istess persuni li ħolqu l-problemi ta’ pajjiżna ma jistgħux isolvuhom.”

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat taħt it-tinda f’Ħal Tarxien. Dan b’referenza għal Simon Busuttil u l-kandidati ewlenin tal-Partit Nazzjonalista li meta kienu fil-Gvern, wara l-elezzjoni għamlu dak li ma qalux li se jagħmlu qabel l-elezzjoni.

Dan għaliex “dawn in-nies huma l-istess nies li għal tant snin kienu jgħidu lil poplu mod u jagħmlu oħra.” Joseph Muscat fakkar lin-nies kif Gvern Nazzjonalista, li parti minnu kien hemm Simon Busuttil għolla l-VAT, il-bolla u l-kontijiet. Affarijiet li qabel l-elezzjoni ma qalx lil poplu.

Aqra aktar

Ebda saqaf fuq ras 150 volontier

It-Tarxien Pageant Group għandu madwar 150 volontier. Dawn kienu jagħmlu l-provi fiċ-ċentru San Ġwann Bosco, li ingħalaq ħesrem, xahar wara li nbidel il-Kappillan f’Ħal Tarxien.

Il-Kappillan Michael Bellizzi spjega li ftit wara li beda l-ħidma tiegħu f’din il-parroċċa, il-Kurja rċiviet protest ġudizzjarju li ċ-ċentru huwa kkundannat. Dan ikkonfermawh kemm il-Protezzjoni Ċivili kif ukoll l-awtorità responsabbli mis-Saħħa u s-Sigurtà.

Il-post, tliet snin wara, għadu magħluq. Il-Kappillan qal li bħala soluzzjoni temporanja, il-volontiera jistgħu jagħmlu użu minn Dar Nazareth. Madanakollu, ma jarax soluzzjoni fissa. Il-volontiera Lorraine Borg Ballucci u Gaetano Barbara qalu tagħhom waqt il-programm Pjazza.

Aqra aktar

Send this to a friend