tanker – One News

Notifiki

ILLUM TIDĦOL L-EWWEL KONSENJA TA’ GASS

Illum tidħol l-ewwel konsenja ta’ gass f’pajjiżna, għall-impjant il-ġdid tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, bħala parti mill-proġett ta’ dan il-Gvern fejn tidħol enerġija.

Konsenja storika għax tfisser li pajjiżna mhux se jibqa’ jiddependi fuq il-heavy fuel oil u se jibda juża l-gass fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tiegħu.

F’Dellimara hemm preżenti l-Ministru responsabbli mill-proġett, Konrad Mizzi, u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič.

Aqra aktar

NIBDEW NUŻAW IL-GASS

Din is-sena se tkompli r-road map tal-enerġija għal arja aktar nadifa u kontijiet irħas. U għall-ewwel darba nibdew nużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

Din is-sena Malta se tilħaq 50% tal-miri tal-enerġija rinnovabbli għall-2020 u l-Enemalta se tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex jinvesti fis-solar farms, anke permezz ta’ solar bonds li jiffinanzjaw PV panels f’żoni pubbliċi. It-tankijiet tal-fuel f’nofs Birżebbuġa jibdew jitneħħew minn din is-sena.

 

Il-maltemp qawwi m’affetwax il-ħażna tal-LNG

ElectroGas Malta fi stqarrija qalet li l-maltemp qawwi li pajjiżna esperjenza tul tmiem il-ġimgħa m’effetwa b’ebda mod il-Floating Storage Unit (FSU)  tal-LNG li hemm ‘l barra mill-bajja ta’ Marsaxlokk.

Fl-istqarrija ntqal li kien każ ta’ maltemp b’riħ li laħħaq il-Forza 7 u frekwenza ta’ 40 knot. L-imbatt tal-baħar kien qawwi ħafna, u dan waqt li l-FSU kien għaddej minn proċess ta’ ħidma biex ikun raffinat l-irmiġġ, permezz ta’ erba’ tug boats. Minkejja l-maltemp, dan il-proċess baqa’ għaddej.

L-FSU “żamm il-pożizzjoni tiegħu b’mod komdu” temmet tgħid l-istqarrija.

 

Riskji estremi ta’ darba kull 100,000 sena

  • RAPPORTI TEKNIĊI JĠIBU FIX-XEJN IL-BIŻA’ DWAR IT-TANKER TAL-GASS
  • IKKONFERMAT BĦALA SORS TA’ ENERĠIJA SIGUR

Rapporti minn kumpaniji rinomati fid-dinja bħal Marin (Istitut tar-Riċerka Marittima fl-Olanda) u l-SGS (kumpanija multi-Nazzjonali li tagħmel xogħol ta’ verifika u testijiet, ibbażata fl-Isvizzera) jikkonfermaw fir-rapporti tagħhom li t-tanker f’Marsaxlokk, li se jkun qed jisuplixxi l-gass lill-power station il-ġdida, huwa sigur.

Dawn ir-rapporti kienu sottomessi lill-Awtorità tal-Ambjent mill-operatur sabiex b’mod sussegwenti jinħarġu l-permessi kollha neċessarji b’rabta ma’ dan il-proġett kif dejjem intqal sa mill-bidu nett.

Fir-rapporti estensivi tagħhom li jistħarrġu diversi istanzi u jaraw x’inhuma l-possibilitajiet ta’ riskji li jistgħu jeżistu minħabba l-LNG tanker, iqisu li hemm ċans biss ta’ darba kull 100,000 sena f’xenarji estremi, li jkunu milquta l-viċinanzi ta’ fejn ikun sorġut it-tanker. Dan kollu jifqa’ għal kollox il-bużżieqa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busutti li ilha għal dawn l-aħħar tliet snin tipprova tnissel biża’ fost ir-residenti ta’ Marsaxlokk b’mod partikolari.

Aqra aktar

“Interessata biss li tħarref u tigdeb”

Wara l-konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ mill-Oppożizzjoni, reġa’ ħareġ biċ-ċar kemm l-Oppożizzjoni hija inkonsistenti fl-argumenti tagħha. Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru.

L-istqarrija tkompli tgħid li nhar il-Ħadd li għadda, l-Oppożizzjoni ivvintat li l-Prim Ministru intervjena biex ma jidħolx il-Floating Storage Unit f’Marsaxlokk. Illum l-Oppożizzjoni ħarġet tivvinta li l-Floating Storage Unit jaf għandu problem tekniċi.

Il-Gvern dejjem kien ċar li l-Floating Storage Unit irid jagħmel perjodu ta’ provi fil-baħar qabel jiġi rmunkat fil-Port ta’ Marsaxlokk. “L-Oppożizzjoni interessata biss li tħarref u tigdeb dwar dan il-proġett” ittemm tgħid l-istqarrija. 

L-ERA tirrispondi lil Simon Busuttil

Fl-isfond tal-ittra mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil liċ-Chairman tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Prof Victor Axiak, bagħat risposta lil Kap tal-Oppożizzjoni dwar it-tanker tal-LNG li jinsab Marsaxlokk.

Aqra aktar

Lejn arja aktar nadifa

Id-Deputat Laburista u Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta, Silvio Parnis, qal li l-wasla tat-tanker tal-ħażna tal-gass Armada LNG Mediterrana hija żvillup importanti ħafna fil-pjan tal-Gvern, li jittrasforma s-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f’pajjiżna minn wieħed dipendenti fuq iz-zejt li jniġġes għal sistema aktar nadifa li taħdem bl-LNG.
Aqra aktar

Send this to a friend