Taljan – Page 2 – One News

Notifiki

Tgħid din Madeline McCann?

Tfajla misterjuża li għandha aċċent Brittaniku għadha kif intlemħet iddur it-toroq ta’ Ruma. It-tfajla misterjuża li aktarx bejn it-tlettax u dsatax-il sena, ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta Taljani dan minħabba l-manjieri li għandha u kif ukoll minħabba li ma tafx il-lingwa Taljana.

Persuni sostnew li din it-tfajla bl-ebda mod ma tkun trid taċċetta flus bħala donazzjoni u tirrispondi għal kull mistoqsija bl-Ingliż. Kienu diversi li kkummentaw fuq il-midja soċjali fejn qalu li din it-tfajla tixbaħ lil diversi bniet li sparixxew bejn is-sena 2007 u s-sena 2008. Fosthom kien hemm Amda Adlai li nħatfet minn Michigan fl-2008, Maria-Brigitte Henselmann li sparixxiet il-Ġermanjafl-2008 u kif ukoll Madeleine McCann li sparixxiet fl-2007.

Aqra aktar

Wieġeb ħati biex jaqta’ fil-qasir

Taljan li f’ pajjiżna żelaq minn soll tat-tieqa għal fuq tinda f’ lukanda u kkawżalha ħsara ddeċieda li jwieġeb ħati li kkawża ħsara volontarjament biex jitħalla jitlaq lura pajjiżu.

Għalkemm fil-bidu Sihel Zigai Sinahs wieġeb mhux ħati għaliex il-ħsara ma għamilhiex attapposta, bidel il-verżjoni tiegħu meta nduna li l-każ seta’ jkarkar ix-xhur.

Aqra aktar

Ajruplan Taljan jispiċċa fit-triq

Ajruplan tal-merkanzija baqa’ dieħel f’kanċell u sab ruħu fit-triq wara li ħareġ mir-runway fl-ajruport internazzjonali Taljan f’Bergamo.

L-ajruport fil-Lombardia kien magħluq temporanjament, wara l-inċident li kien involut fih il-Boeing 737-400, propjetà tal-kumpanija DHL.

Stampi drammatiċi juru kif in-naħa tan-nofs tal-ajruplan spiċċat quddiem il-karozzi li kienu għaddejjin mit-triq.

Aqra aktar

Jinsisti li jiskonta sentenza Kordin

Francesco Grasso, Taljan mfittex mill-awtoritajiet f’pajjiżu, u li kien qed jiskonta pienta ta’ ħabs, issa qed jitlob biex jiskonta s-sentenza fil-Ħabs ta’ Kordin.

Dan wara li l-pulizija fl-Italja ħarġu ħames mandati għall-arrest tiegħu, li bħalissa qed jgħix f’Malta. Grasso kien weħel tlett sentenzi fuq serq. Waħda minnhom kienet sentenza ta’ sitt xhur ħabs u €2000 multa, oħra ta’ sitt xhur ħabs u €300 multa, u erba xhur ħabs u €200 multa. Huwa kien mixli ukoll li laqa’ oġġetti misruqa, fejn weħel sitt xhur ħabs u €2000 multa.

Aqra aktar

Politiku Taljan jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Il-Membru Parlamentari Ewropew Taljan Gianluca Buonanno, li jirrappreżenta l-Lega Nord, miet il-Ħadd wara nofsinhar. Dan wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Gorla Maggiore fil-provinċja ta’ Varese.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li, għal ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-karozza li fiha kien hemm il-politikant ta’ ħamsin sena ħabtet ġo karozza oħra li fiha kien hemm tliet persuni.

Aqra aktar

Send this to a friend