Taljan – One News

Sindku Taljan taħt arrest f’daru wara li għen l-immigranti

Il-prosekuturi Taljani poġġew lil Domenico Lucano, is-sindku ta’ Riace, taħt arrest f’daru wara li nqabad jgħin l-immigranti sabiex jingħataw permezz jgħixu fl-Italja.
Is-sindku ta’ 60 sena organizza numru ta’ żwiġijiet bejn irġiel Taljani u immigranti nisa sabiex b’hekk setgħu jibqgħu jgħixu l-Italja faċilment. Stqarrija għall-istampa qalet ukoll li s-sieħba tiegħu Tesfahun Lemlem qed taffaċċja l-istess akkużi. Aqra aktar

Taljan isofri ġrieħi gravi f’Tas-Sliema

Illum għall-ħabta tal-ħamsa u kwart 5.15pm, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fl-inħawi ta’ Tigne’ Point, tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li taljan ta’ madwar 35 sena waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

 Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

It-Taljan mixli bl-attentat ta’ qtil kien se jaħrab mill-pajjiż

It-Taljan ta’ disgħa u tletin sena li kien imfittex mill-pulizija b’rabta ma’ każ t’attentat ta’ qtil, tressaq il-Qorti fejn intqal li huwa kien qed jipprova jaħrab minn Malta. Damiano Alfio Rannisi Torrisi għamel xahar jevadi l-pulizija u kien mistoħbi fost l-oħrajn f’Għawdex u f’garaxx mibdul f’appartament, fil-Mellieħa. F’dan tal-aħħar instab mill-pulizija b’bagalja bil-ħwejjeġ fejn hu mifhum li kien se jipprova jaħrab mill-pajjiż. Torrisi, sid ta’ ħanut, ġie akkużat li prova joqtol lil Ivan Galea u Ronald Mallia billi sparalhom fin-Naxxar. Hu ġie mixli wkoll li darab lil Galea, kien fil-pussess t’arma illegali u li seraq vettura. Filwaqt li l-akkużat ċaħad l-akkużi kontrih ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Il-President Mattarella jasal Malta

Il-President Taljan Segio Mattarella, wasal Malta dalgħodu għall-żjara statali ta’ jumejn. Huwa ntlaqa’ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela.

Mal-wasla tiegħu huwa ngħata merħba fi Pjazza San Ġorġ. Huwa jinsab għaddej f’taħdidiet uffiċjali mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fejn fi tmiemhom se jkunu qed jindirizzaw il-ġurnalisti.Aqra aktar

Send this to a friend