tal-QROQQ – One News

Notifiki

Jake Vella, Karl Izzo u Josephine Grima jinħataru bħala ambaxxaturi tal-‘European Week of Sports’

“Nixtieq ngħid lit-tfal biex jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku u nirringrazzja lil SportMalta tas-sosten li dejjem tatni”. Dan kien kliem Jake Vella, wieħed mit-tliet ambaxxaturi tal-ġimgħa Ewropea għall-Isport. Jake flimkien mal-kowc tat-tim Nazzjonali tal-water-polo Karl Izzo u Josephine Grima inħatru minn Sport Malta bħala ambaxxaturi għal din il-ġimgħa ddeddikata għall-Isport. Aqra aktar

Faċilitajiet ġodda għall-kumpless sportiv tal-Università ta’ Malta

Il-Bord tal-Ippjanar qabel favur li l-Kumpless Sportiv tal-Università f’Tal-Qroqq jiġi aġġornat b’faċilitajiet ġodda.

L-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport (IPES), se jieħu post il-Gymnasium Alumni eżistenti.

Il-binja l-ġdid se tinkludi sitt qrati courts, doċċi u faċilitajiet anċillari, swali sportivi b’aktar minn għan wieħed, kmamar għall-lectures, laboratorji ta’ riċerka u uffiċċji.

Aqra aktar

Mijiet ta’ sportivi jiċċelebraw l-ewwel ta’ Mejju

L-ewwel ta’ Mejju ma jiċċelebrawhx il-ħaddiema biss, iżda anki mijiet ta’ sportivi, li f’xemx taqli l-ankri nġabru fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq biex jieħdu sehem f’xi waħda mid-diversi attivitajiet li hemm għaddejjin matul il-jum.

Dan biex bil-għan li aktar nies ikunu konxji kemm l-attività fiżika tiġġieled l-obeżità, fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq ittellgħet it-tielet edizzjoni tal-Open Day organizzata minn Sport Malta.

Aqra aktar

Il-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq b’dehra ġdida

Il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq għaddej ġmielu. Filfatt, huwa daħal fl-aħħar fażi tiegħu biex il-poplu Malti jibbenefika minn pixxina, li kienet deskritta mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius bħala state of the art. Ir-ritratt juri li l-pixxina issa mtliet bl-ilma.

Aqra aktar

Send this to a friend