tal linja | One News

Notifiki

Studenti jilqgħu l-iskema ta’ trasport pubbliku b’xejn – qed niffrankaw mat-€30 fix-xahar

Eluf ta’ żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-20 sena bdew jivvjaġġaw fuq il-karozzi tal-linja mingħajr ma jħallsu tan-noll. Minn din is-sena wkoll, l-iskema twessgħet għal dawk li gndhom aktar minn 20 sena u li qed jistudjaw full-time. Din il-miżura qed issir b’investiment ta’ €3.3 miljun.

Crew ta’ one news tkellem ma’ bosta studenti li jattendu l-Junior College li kollha kemm huma qalulna li jagħmlu użu mis-servizz tal-karozzi tal-linja. Huma espremew is-sodisfazzjon tagħhom dwar il-miżura mħabbra fil-baġit għax permezz tagħha ħafna qed jiffrankaw parti sostanzjali mill-istipendju li qabel riedu jonfquh biex jivvjaġġaw.Aqra aktar

Jekk se taqbad Tal-Linja s-Sibt li ġej, se tagħti sehemek għall-Istrina

B’tal-Linja għall-Istrina se terġa’ ssir għat-tielet sena, hekk kif Malta Public Transport se tagħti donazzjoni mill-vjaġġi lill-Malta Community Chest Fund Foundation. Nofs in-noll imħallas minn kull passiġġier li juża t-trasport pubbliku nhar it-22 ta’ Diċembru se jmur direttament għall-Istrina, mingħajr ebda ħlas żejjed mill-passiġġieri.Aqra aktar

It-trasport pubbliku f’Malta jgħabbi l-50 miljun passiġġiera tiegħu

Kathleen hija l-ħamsin miljun passiġġier li l-kumpanija tal-karozzi tal-linja wasslet matul din is-sena.

Hija ngħatat sorpriża ftit wara li telgħet fuq tal-linja fil-venda tal-Belt fi triqitha lejn id-dar fuq ir-rotta 73 lejn iż-Żurrieq. Kathleen qalet li tirkeb il-karozza tal-linja kuljum biex tivvjaġġa minn post għall-ieħor u sostniet li kulma jmur is-servizz qiegħed jitjieb.Aqra aktar

Kif se topera Tal-Linja għan-Notte Bianca?

Malta Public Transport se toffri servizz speċjali waqt in-Notte Bianca ta’ din is-sena li se ssir is-Sibt li ġej.

Ir-rotot lejn il-Belt Valletta se jkunu aktar spissi minn wara l-16:30 sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-volum ta’ passiġġieri li mistenni jkun akbar mis-soltu.Aqra aktar

5.2 miljun persuna użaw tal-linja f’Awwissu

5.2 miljun persuna użaw it-trasport pubbliku tul Awwissu li għadda, żieda ta’ 11% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddied. Fl-istess xahar kien hemm żieda ta’ 12.6% ta’ tal-linja cards minn persuni li jużaw tal-linja ta’ sikwit.Aqra aktar

Daqshekk diffiċli ċċedi postok fuq tal-linja?

Diversi persuni qed jappellaw lil dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku biex juru iktar rispett lejn min verament ikollu bżonn ipoġġi bilqegħda fuq karozza tal-linja. Studjlu li sar fl-Ingilterra, li kkunsidra l-imġieba ta’ diversi persuni madwar id-dinja, jgħid li dak li jkun iżomm lura milli jagħmel ġest nobbli fuq it-trasport pubbliku għax jibża’ mill-konsegwenzi.

Kollha kemm aħna xi darba konna fuq xi karozza tal-linja mimlija daqs bajda, u meta persuna waħda tqum, kulħadd għal fuq xulxin jipprova jirbaħ is-siġġu vojt. Jekk allaħares tinzerta tkun int ir-rebbieħ, lesti ruħek għall-ħars bl-ikrah.Aqra aktar

Se jiżguraw li ssir ġustizzja mal-anzjan li ġie msawwat fuq karozza tal-linja

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis għamlu kuntatt mal-anzjan li allegatament ġie aggredit iktar kmieni din il-ġimgħa waqt li kien qiegħed fuq tal-linja mal-mara tiegħu.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari assiguraw lill-anzjan li Transport Malta qed tiżgura li l-operatur tas-servizz qed jikkolabora mal-pulizija sabiex jiġu stabbiliti l-fatti ta’ dan l-inċident u jiġi żgurat li kemm-il darba huwa l-każ, issir il-ġustizzja.Aqra aktar

Send this to a friend