tajlandja | One News

Notifiki

Bugħaddas jitlef ħajtu waqt l-operazzjoni ta’ salvataġġ fit-Tajlandja

Eks bugħaddas tal-flotta navali Tajlandiża miet waqt li kien qed jieħu sehem f’ħidma ta’ salvataġġ biex ikunu salvati tnax-il tifel u l-kowċ tagħhom li nqabdu f’għar mgħerreq fit-Tajlandja.

Saman Gunan intilef minn sensih waqt li kien ħiereġ mil-kumpless tal-għerien Tham Luang, fejn kien qed iwassal maskli tal-arja.

Id-Deputat Gvernatur ta’ Chiang Rai qal li jidher li ma kellux biżżejjed ossiġnu waqt li kien ħiereġ lura. Huwa nħareġ minn sieħbu, iżda ma setax jerġa jitqajjem.

Gunan, li kellu madwar 38 sena, kien telaq mill-flotta navali iżda rritorna sabiex jgħin fl-operazzjoni ta’ salvataġġ. L-uffiċjali qalu li l-funeral tiegħu se jitħallas mir-re tat-Tajlandja.

Ġlieda kontra l-elementi biex jinħarġu t-tfal mill-għar fit-Tajlandja

Ħaddiema tas-salvataġġ fit-Tajlandja issa qed jiġġieldu kontra l-elementi sabiex jinħarġu 12-il tifel u l-kowċ tagħhom li ilhom għal dawn l-aħħar jiem maqbdua f’għar.

L-istorja ta’ dawn it-tfal ħasdet l-aħbarijiet internazzjonali din il-ġimgħa meta nstabu wara operazzjoni ntensiva f’ Chiang Rai, it-Tajlandja.

Dan ir-reġjun issa mistenni jkun milqut minn maltempata kbira, u b’kawża ta’ dan se jogħla l-livell tal-ilma fil-post fejn bħalissa jinsabu l-vittmi.

F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li fejn qabel il-ġlieda biex jinstabu l-vittimi kienet waħda kontra l-ħin, issa l-ġlieda hija waħda kontra l-ilma u l-elementi naturali.

 

Ix-Xufiera li tajret lill-Malti taqla’ biss multa

Il-pulizija Tajlandiża sempliċiment immultat lix-xufiera li lejn l-aħħar tax-xahar li għadda tajret Malti ġo belt fit-Tajlandja. Alfred Balzan ta’ tmienja u sebgħin sena kien ġie ċċertifikat mejjet u bintu spjegat kif kienet esperjenza xokkanti hekk kif saret taf li x-xufiera irċeviet multa sempliċi talli saqet b’veloċità eċċessiva. L-anzjan Malti kien qed isuq mutur tat-tip Honda meta karozza Isuzu tajritu.Aqra aktar

Kulħadd irid ritratt miegħu!

Bone Bone, qattus sufi ħafna li jgħix it-Tajlandja u li tant hu sabiħ li kulħadd irid ritratt miegħu.

Għalkemm huwa qattus, Bone Bone għandu profil fuq Instagram, b’madwar 30,000 segwaċi minn madwar id-dinja.

L-avventuri tiegħu jikkonsistu f’mixjiet sal-park, jiddendel mas-siġar u hu jagħmel dan waqt li jġorr baskett isfar. Filwaqt li Bone Bone iħobb ħafna jippoża waqt li joħdulu r-ritratti, xi ħaġa li ma jħobbx hi min joqgħod imellsu.

Ara ftit mir-ritratti tiegħu hawn isfel.

Aqra aktar

FILMAT: Toħloq arti mix-xemgħat

CandleBoom huwa ħanut bbażat fit-Tajlandja li jagħmel xemgħat b’forom differenti.

Għall-ewwel, xemgħa ta’ kulur wieħed titniżżel f’diversi kuluri sabiex tinħoloq qoxra fuq oħra li meta tinaqasam permezz ta’ instrumenti apposta, toħloq disinn oriġinali.

Wara jibda x-xogħol tad-disinn…

Aqra aktar

Send this to a friend