tablets – One News

Notifiki

Żviluppi notevoli fit-tagħlim bl-użu tat-tablet

Kważi sentejn wara li l-proġett tat-tablets fl-iskejjel ma baqax biss proġett pilota iżda nfirex fl-iskejjel kollha, inkluż dawk tal-Knisja u indipendenti, id-direttur għal-litteriżmu diġitali Emmanuel Zammit saħaq li bdejna naraw xi riżultati li għalkemm huma żgħar qed juru żvilupp tat-tagħlim li jsir fil-klassi u lil hinn minnha.

Aqra aktar

F’Settembru: iktar tablets f’idejn it-tfal

Fil-bidu tas-sena skolastika li ġejja t-tfal li telgħin ir-raba’ sena tal-primarja jingħataw it-tablet biex hekk jibda t-tieni ċiklu tat-tqassim ta’ din l-għodda edukattiva u għas-sena skolastika li jmiss ikunu t-tfal fir-raba’ sena u fil-ħames sena tal-primarja li jużaw din l-għodda.

Dan wara li s-sena li għaddiet ingħatat lit-tfal tar-raba’ sena tal-primarja. Kien il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, li ħabbar kif huwa maħsub li bejn Settembru u Ottubru ta’ din is-sena jibda l-proċess li jingħataw it-tablet it-tfal kollha tar-raba’ sena, għas-sena skolastika 2017/2018.

Dan ifisser li jkun beda t-tieni ċiklu, liema ċiklu jerġa’ jirrepeti ruħu fit-tielet sena. Bartolo nnota wkoll kif bdiet l-evalwazzjoni tal-ewwel ftit xhur u l-monitoraġġ ta’ kif intuża t-tablet mit-tfal.

Aqra aktar

Tfal żgħar qed jorqdu inqas minħabba l-użu ta’ mowbajls u tablets

Tfal żgħar li jqattgħu ħafna ħin jilgħabu fuq mowbajls u tablets jorqdu inqas minn dawk li ma jagħmlux użu minnhom, dan skont sejba minn riċerkaturi.

L-istudju li ġie ppubblikat f’Scientific Reports jissuġġerixxi li kull siegħa li t-tfal jużaw il-mowbajl kull jum, qed tiġi abbinata ma 15-il minuta ta’ inqas irqad.

Iżda, dawk li jużaw dawn it-tip ta’ aġġeġġi għandhom vantaġġ hekk kif itejbu l-abiltà li jużaw idejhom b’kordinazzjoni m’għajnejhom.

Aqra aktar

Biex it-tablets fil-klassi jkunu suċċess…

Illum tibda s-sena skolastika għal ħafna studenti. Wieħed mill-aktar inċentivi msemmija, u bir-raġun, huwa dak tal-użu ta’ tablets fil-klassijiet. L-għalliema se jkun determinanti fl-użu ta’ tablets għar-raba’ sena tal-primarja. Se jkunu huma li jiżguraw li l-proġett ikun suċċess.

Dan is-servizz tista’ ssegwi dak li kellhom xi jgħidu għalliema u LSAs.

Aqra aktar

Send this to a friend