
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jirdopppja l-park ta’ Ta’ Qali biex fuq medda ta’ 450,000 metru kwadru ta’ art jkollna l-ewwel Park Nazzjonali ta’ Malta.
F’konferenza tal-aħbarijiet f’Ta’ Qali, il-Prim Ministru qal li l-park se jinkludi tnejn u ħamsin tomna ta’ art li kienet okkupata minn fabbrika tal-konkrit. Qal li din l-art setgħet ingħatat għall-iżvilupp kummerċjali, iżda l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jwaqqaf l-akbar proġett kapitali mħaddar li qatt sar f’minn tal-anqas ġenerazzjoni.
Il-proġett b’investiemnt ta’ 20 miljun ewro jinkludi t-tħawwil ta’ 80,000 siġra u xitla ġdida.
Dr Muscat qal li l-Gvern se jagħmel riġenerazzjoni sħiħa ta’ Ta’ Qali biex jrodd lill-familji medda ta’ art kbira daqs terz tal-kobor ta’ Hyde Park f’Londra.
Dr Muscat qal li dan il-proġett mhux fula f’qargħa. Qal li dan il-proġett jingħaqad ma’ dak imħabbar f’Bengħajsa fuq medda ta’ 80 elf metru kwadru ta’ art fin-Nofsinhar ta’ Malta u l-proġett innovattiv li se joħloq 13-elf metru kwadru oħra bit-tisqif tal-mini ta’ Santa Venera.
Il-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dan il-park se jservi ta’ pulmun u sors ta’ enerġija nadifa għall-familji Maltin u Għawdxin.
Niżguraw li Ta’ Qali kollu jkun wieħed sħiħ għaliex għandek ħafna pockets li mhux utilizzati. Daqs 63 grawnd tal-futbol se jingħataw lura lill-familji. L-ekonomija sejra tajjeb u l-Maltin għandhom bżonn aktar ħin biex iqattgħu mal-familja, u rridu niżguraw li nagħtu l-proġett malajr kemm jista’ jkun lilhom ukoll.
Il-Park Nazzjonali ta’ Malta se jinkludi wkoll żoni ta’ kampeġġ, twessigħ tad-dog park, trakkek għall-ġiri, u se jagħti għall-proġett ta’ Chadwick Lakes u tal-Villaġġi tas-Snajja. Il-Gvern iddeċieda li l-Arkivji Nazzjonali l-ġodda se jingħaqdu mal-Park.
Qed inħarsu lejn investiment ta’ €20 miljun biex niżguraw li jkollna infrastruttura ħadra kif suppost li tħabbatha ma’ parks internazzjonali li aħna nesperjenzaw barra mill-pajjiż.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li l-Gvern qed juri prijorita fil-qasam ambjentali billi jagħti lura dawn iż-żoni lill-familji Maltin li se jkollu kemm aspetti naturali u aspetti sportivi.
Il-Kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia tkellem dwar il-preparazzjoni tat-tim għal-logħba kontra l-Kosovo llum fil-grawnd nazzjonali f’Ta’ Qali.
“Dan mhux it-tim taż-Żażu, dan it-tim nazzjonali” saħaq Ray Farrugia fejn ħeġġeġ lill-poplu biex jagħti s-sapport meħtieġ lill-plejers permezz tal-preżenza waqt il-logħob.
Farrugia qal li l-plejers ħadmu sew u huma ppreparati.
Malta mbagħad se tilgħab kontra l-Gżejjer Faroe fl-20 ta’ Novembru li ġej.
Bosta plejers u dilettanti tal-logħba tal-futbol f’Malta jinsabu inkoralati wara li f’laqgħa tal-Istanding Committee tal-clubs tal-Premier, il-maġġoranza assoluta tar-rappreżentanti tal-clubs tal-Premier ivvotaw favur li mill-istaġun li ġej, ikunu jistgħu jużaw 11-il barranin minn total ta’ 18-il plejer.
Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid tat-triq fl-inħawi tal-Ħemsija, li se sservi bħala ħruġ iktar sigur għas-sewwieqa li jkunu qed jivvjaġġaw minn Ta’ Qali lejn Ta’ Srina, bejn ir-Rabat u Ħ’Attard.
Din it-triq, b’aċċess f’direzzjoni, waħda se tintuża bħala l-ħruġ mill-inħawi tal-villaġġ tas-snajja ta’ Ta’ Qali lejn Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, u fid-direzzjoni tat-tramuntana tal-pajjiż. B’hekk qed jispiċċa l-bżonn tas-sistema tas-sinjali tat-traffiku bid-dwal li hemm fin-naħa ta’ fuq ta’ Triq l-Imdina, ftit metri bogħod mir-roundabout Ta’ Srina.Aqra aktar
“RABA’” huwa l-isem tal-album il-ġdid ta’ Tribali – band Maltija li bl-istil uniku tagħha ġibdet l-ammirazzjoni ta’ bosta.
B’disa’ kanzunetti li jsaħħru u jpaxxu ’l widna ta’ kull min jismagħhom, ir-raba’ album ta’ Tribali huwa r-riżultat ta’ evoluzzjoni mużikali ta’ tnax-il sena li wasslet għal armonija ħafna aktar rikka mill-ewwel tliet albums tal-istess band.
Dak li kien magħruf bhala l-Crafts Village f’ Ta Qali, li sfortunatament minn attrazzjoni turistika sar post abbandunat b’inqas minn 20 operatur, għaddej minn proċess ta’ rikostruzzjoni biex hekk kif jitlesta, jilqa’ fih mas-70 operatur u spazji ta’rikreazzjoni għall-familja kollha.
Imut l-anzjan ta’ 95 sena li kien involut f’inċident tat-traffiku aktar kmieni. L-anzjan nħareġ mill-vettura tat-tip Toyota Yaris wara li għal xi raġuni tilef il kontroll u daħal f siġra. Sfortunatament, tilef ħajtu ftit ilu.
L-inċident seħħ fejn id-dwalijiet tat-traffiku fid-daħla ta’ Ta’ Qali li wassal biex l-anzjan indarab serjament.
Issejħet l-ambulanza fuq il-post.
ONE News jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00pm fi Triq l-Imdina fejn bħalissa nħolqot ukoll konġestjoni tat-traffiku.
Aktar dettalji malli jaslulna.
Il-Kurja tgħid li għandu jitwarrab il-proġett tal-korsa tal-karozzi ġewwa Ta’ Qali, u minflok jitħawlu iktar siġar biex jissaħħaħ il-karattru ta’ din il-medda ta’ art bħala art għar-rikreazzjoni.Aqra aktar
Send this to a friend