ta' maggi | One News

Notifiki

Ta’ Maġġi jxejnu l-allegazzjonijiet

Permezz ta’ stqarrija il-grupp Ta’ Maġġi xejnu għal kollox l-artiklu mimli allegazzjonijiet ta’ Ivan Camilleri fil-ħarġa ta’ The Times tal-lum u f’dik tas-Sunday Times tal-Ħadd li għadda.

It-Times sostniet li art f’żona magħrufa aħjar Tal-Barmil fix-Xewkija li qed tinbidel f’park industrijali ingħatat lil Ta’ Maġġi mingħajr għoti ta’ tender.

Madankollu Ta’ Maggi sostnew li kien il-Ministru ta’ dak iż-żmien, Tonio Fenech li talabhom biex jiżviluppaw park industrijali fix-Xewkija.

Filfatt il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien anki inkluda l-proġett tax-Xewkija, li semma Ivan Camilleri, f’diskors tal-baġit.

Wara bidla fil-Gvern, Ta’ Maġġi reġgħu bdew bid-diskussjonijiet dwar il-park industrijali tax-Xewkija. Ta’ Maġġi spjegaw li sa issa l-art tax-Xewkija ġiet trasferita mill-Malta Industrial Parks f’isem il-Gvern għal Ta’ Maġġi b’ċens temporanju.

Ta’ Maġġi saħqu li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ interessi oħra bejn il-Gvern u l-kumpanija. Il-kumpanija spjegat li hi ma tibniex parks industrijali iżda tqabbad kuntratturi biex jiżviluppaw dan.

Send this to a friend