ta kandja – One News

Notifiki

Miexi sew ix-xogħol fuq il-bini ta’ shooting range

 

Qabad miexi sew x-xogħol fuq ix-shooting range f’Ta’ Kandja, b’ħaddiema jaħdmu bla waqfien biex ilestu l-proġett fil-ħin għall-kampjonat dinji tal-isparar, li se jsir f’pajjiżna f’Ġunju li ġej.

Ix-shooting range kienet waħda mill-wegħdi elettorali tal-Gvern, bix-xogħol fuqha jibda ftit tax-xhur wara l-elezzjoni.

F’Ġunju li ġej, dan il-kumpless se jilqa’ fih l-ewwel kampjonat dinji tal-isparar, li se jġib lejn pajjiżna 300 mitt tiratur, flimkien mat-timijiet u l-qraba tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal ma’ ONE News li bħalissa għaddej xogħol fuq l-strutturi li jilqgħu iċ-ċomb kif ukoll il-livellar tal-art skont l-standards neċessarji li titlob shooting range ta’ din il-kwalita.

Aqra aktar

Aktar minn €330,000 biex jitjiebu l-faċilitajiet tal-pumping station f’Ta’ Kandja

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi żar il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-pumping station f’Ta’ Kandja. Hawnhekk riċentament sar titjib filmakkinarju kif ukoll investiment li b’kollox laħħaq mat-€332,000 biex jitjiebu l-faċilitajiet tas-servizzi tal-ilma.

Ta’ Kandja Pumping Station hija waħda minn tlettax-il pumping station li minnhom il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ttella’ l-ilma ta’ taħt l-art. Dan wara jitħallat mal-ilma li jiġi prodott millimpjanti ta’ desalinazzjoni, u jiġi diżinfettat bil-chlorine u jitqassam lill-konsumatur.

Aqra aktar

54 Uffiċjal Korrettiv ġdid għall-ħabs

F’ċerimonja uffiċjali fl-akkademja f’Ta’ Kandja, għadhom kemm ħadu l-ġurament tal-ħatra 54 rekluta, li issa se jiskattaw b’ħidmithom bħala Uffiċjali Korrettivi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Fil-preżenza tal-Ministru Carmelo Abela, l-amministrazzjoni tal-Ħabs, u l-familjari tagħhom, ħalfu li jsegwu l-ordni u r-regolamenti tal-Faċilità skont dak li titlob il-liġi.

 

Ingħataw ukoll ġieħ rekluti li matul ix-xhur ta’ ħidma intensiva tagħhom, spikkaw fit-taħriġ fiżiku u fis-suġġetti akademiċi.

Allegat li surġent tal-Pulizija ilu snin JISRAQ lill-Pulizija

Surġent li kien jieħu ħsieb il-kċina ta’ Kandja u tad-Depot tal-Pulizija instab li ffroda €36,000 f’sena waħda biss. Dawn il-frodi, li ninsabu informati li s-surġent ammetta, ħarġu fil-beraħ wara li għall-ewwel darba sar eżerċizzju ta’ awditjar.

Sorsi informati tajjeb qalulna li  l-frodi ilhom għaddejjin snin twal, iżda huwa issa li qed isir l-awditjar li qed joħorġu fil-beraħ. Sorsi oħra qalulna li s-surġent kien jhedded lill-Pulizija oħra biex ma jidħlux membri f’unjins, u kien hemm sens ta’ biża biex ħadd ma jitkellem. L-awditjar qed isir issa fuq insistenza tal-Police Officers’ Union fi ħdan il-General Workers’ Union.

Aqra aktar

Send this to a friend