Syria – One News

Notifiki

Tmien suldati Torok jinqatlu f’Afrin

Tmien suldati Torok inqatlu fi ġlied li seħħ f’Afrin, reġjun li jinsab fit-Tramuntana tas-Sirja. Tlettax-il suldat ieħor sfaw feruti fil-jum tal-Ħamis, b’uħud minhhom jinsabu f’qagħda kritika.

Il-jum tal-Ħamis kien immarkat bħala wieħed mill-agħar jiem għas-suldati Torok mindu bdew l-offenisva kontra ġellieda Kurdi f’Afrin lura f’Jannar.

Sadanittant, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda mistenni jiddibatti s-sitwazzjoni f’Ghouta fis-Sirja.

Il-Kolossew ta’ Ruma jinxtgħel b’dawl aħmar b’solidarjetà mal-Kristjani ppersegwitati

Nhar is-Sibt, 24 ta’ Frar 2018, il-Kolossew ta’ Ruma inxtgħel bid-dawl aħmar biex jiġbed l-attenzjoni fuq il-qagħda mwiegħra madwar id-dinja tal-Kristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu. L-avveniment beda fis-6.00p.m.

Din kienet inizjattiva tal-Aid to the Church in Need (ACN), il-Fondazzjoni Pontifiċja ta’ Karità li tappoġġja lill-Kristjani ppersegwitati f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja. Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, meta kien quddiem il-monument storiku mixgħul qal: “Hemm miljuni ta’ nies madwar id-dinja li qegħdin isofru minħabba l-Fidi tagħhom, u nippretendu li xejn m’hu xejn.” 

Fost il-mijiet ta’ miljuni ta’ nies li għadhom isofru diskriminazzjoni jew agħar, persekuzzjoni, minħabba l-fidi tagħhom, l-aktar numerużi huma bla dubju l-Kristjani

Splużjoni kbira qrib l-ajuport ta’ Damasku

Is-Syrian Observatory for Human Rights irrappporta fl-aħħar ħin li splużjoni kbira ħakmet l-inħawi viċin l-ajruport internazzjonali ta’ Damasku, fis-Sirja. Tant kienet qawwijja li setgħet tinstema’ minn diversi nħawi tal-kapitali Sirjana. Wara l-isplużjoni kien hemm nirien kbar viċin l-ajruport iżda s’issa għad m’hemm ebda rapport ta’ nies mejta jew midruba. Għad ma hemm ebda konferma min hu responsabbli għal dan.

Mhux talli kienu fil-limbu, talli għadhom kemm splodewhom

Splużjoni laqtet grupp ta’ karozzi tal-linja li kienu qed iġorru persuni evakwati minn bliet Sirjani taħt il-Gvern, viċin Aleppo.

L-isplużjoni seħħet kawża ta’ karozza-bomba, hekk kif il-karozzi tal-linja kienu qed jistennew f’territorju maħtuf minn ribelli. Eluf ta’ persuni kienu evakwati miż-żewġ naħat tal-gwerra fis-Sirja; dawk f’inħawi maħtufa minn ribelli u dawk f’inħawi f’idejn il-Gvern. Dan fi ftehim immirat biex inaqqas it-tbatija tan-nies f’postijiet li jinsabu maħtufa minn kwalunkwe forzi, biex joħorġu mill-ġlied.

Madanakollu, hu stmat li 5,000 persuna minn inħawi maħtufa mill-Gvern u 2,200 persuna f’inħawi maħtufa minn ribelli jinsabu fi stat ta’ limbu, jistennew u ma jafux fejn sejrin. Aktar minn 64,000 persuna ċivili tinsab maqbuda f’ċiklu ta’ vjolenza u deprivazzjoni katastrofika.

L-AMERKA TATTAKKA LURA MINN POST FIL-MEDITERRAN

L-Istati Uniti wettqu attakk bil-missilli kontra s-Sirja wara l-attakk bil-kimiċi li seħħ f’Belt maħtufa minn ribelli fil-provinċja Idlib.

Uffiċjali mill-Pentagon stess ikkonfermaw li 59 missilla Tomahawk ġew sparat ftit qabel il-ħamsa ta’ filgħodu, ħin Sirjan, minn post fil-Lvan tal-Mediterran.

F’indirizz televiżiv, il-President Amerikan Donald Trump qal li l-bażi li attakkaw hija l-post minn fejn tnieda l-attakk bil-kimiċi, iżda dan qed ikun miċħud mis-Sirja.

Għexieren ta’ persuni ċivili, inkluż tfal, mietu fl-atakk nhar it-Tlieta.

Jipprovaw jitilqu mill-ġdid

Issoktaw l-evakwazzjonijiet fil-Lvant ta’ Aleppo fis-Sirja. Kelliem għan-Nazzjonijiet Magħquda qal li xarabank u ambulanzi qed jitilqu minn zoni okkupati mir-ribelli. Huwa rrapurtat li minn ta l-inqas 350 persuna telqu minn dawn iz-zoni biex jaslu għal-territorji f’idejn il-Gvern.

Xarabank qed jintbagħtu f’zoni kkontrollati mill-Gvern u lu qed jiġġieldu għalihom ir-ribelli. Sitwazzjoni li waqfet milli jidħol fis-seħħ il-ftehim ta’ evakwazzjoni. Sadanittant eluf qed jistennew li joħorgu mill-Lvant ta’ Aleppo. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda qabel li jkun hemm grupp min-Nazzjonijeit Magħquda josserva s-sitwazzjoni.

Aqra aktar

FL-AĦĦAR: evakwazzjoni minn Aleppo, imma mhux mingħajr problemi

Żvilupp importanti fil-Belt Sirjana Aleppo wassal biex għandhom ikunu evakwati ġellieda ribelli u persuni ċivili.

Iżda minkejja li karozzi tal-linja tal-Gvern daħlu fil-belt, dawn għadhom ma jistgħux jitilqu. Jingħad li l-Gvern Sirjan qed jitlob li jkunu evakwati wkoll ġellieda tiegħu li huma midruba u nies li huma minn bliet fil-viċin.

Ilbieraħ tul il-lejl tħabbar waqfien mill-ġlied f’Aleppo, għalkemm hemm attivisti li qed jirrapportaw li xorta kien hemm bombardamenti dalgħodu.

Ir-Russja, alleat tas-Sirja, qalet li l-armata Sirjana bdiet tattakka mill-ġdid wara li r-ribelli kisru l-ftehim għal waqfien mill-ġlied ftit wara li ntlaħaq.

L-aħħar tweets qabel imutu?

Eluf ta’ persuni ċivili jinsabu maqbuda f’zona żgħira fil-belt Sirjana Aleppo, taħt bumbardament kontinwu. Uffiċjal Amerikan stqarr mal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC li madwar ħamsin elf persuna jinsabu fil-periklu.

Forzi Sirjani qed jirrifjutawli jiefqu mill-bumbardamenti biex iħallu lin-nies jitilqu, jew inkella lil tfal feruti ikunu evakwati. Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Bank Ki-Moon esprima allarm fil-konfront ta’ rapporti ta’ atroċitajiet kbar lejn numru ta’ persuni ċivili.

Dawn huma sejre ta’ tweets ‘tal-aħħar’ miġbura mill-BBC.

Aqra aktar

Send this to a friend