swat | One News

Notifiki

Se jiżguraw li ssir ġustizzja mal-anzjan li ġie msawwat fuq karozza tal-linja

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis għamlu kuntatt mal-anzjan li allegatament ġie aggredit iktar kmieni din il-ġimgħa waqt li kien qiegħed fuq tal-linja mal-mara tiegħu.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari assiguraw lill-anzjan li Transport Malta qed tiżgura li l-operatur tas-servizz qed jikkolabora mal-pulizija sabiex jiġu stabbiliti l-fatti ta’ dan l-inċident u jiġi żgurat li kemm-il darba huwa l-każ, issir il-ġustizzja.Aqra aktar

Nisa Maltin li jbatu s-swat

Bdejna sena ġdida: l-2018 u s-swat fuq in-nisa sfortunatament għadu reali f’pajjizna. Għadek issib nisa li jiġu msawta fi djarhom mingħajr ma jitkellmu. Fil-jiem li ġejjin se nkunu qed nagħtu tagħrif dwar realtajiet u x’għandu wieħed jagħmel jekk qed isofri minn din l-inġustizzja. Importanti li wieħed jitkellem għax it-tbatija ma tispiċċa qatt jekk ma tagħmilx pass.

 

Dar Merhba Bik li taqa’ taħt id-direzzjoni tas-Sorijiet tal-Bon Pastur taghmel ħafna xoghol utli f’dan ir-rigward. Għal aktar informazzjoni żur is-sit http://darmerhbabik.org/

 

F’Sydney, lezzjoni dwar kif raġel għandu jsawwat mara

Politiċi u attivisti fl-Awstralja qed jikkundannaw bl-aktar mod qawwi filmat mtella’ online.

Fil-filmat, żewġ nisa tal-grupp Hizb Ut-Tahrir li tkellmu f’Sydney jgħidu li raġel jista’ jiddixxiplina lil martu billi jtiha daqqiet b’lasta żgħira jew xalla…b’mod li jkun ta d-daqqiet imma mhux tant li tispiċċa midruba.

Mara minnhom qalet li dan huwa att simboliku, att li kien deskritt bħala mhux obbligu, imma permessibbli.

Fost ir-reazzjonijiet kien hemm dik tal-Ministru għan-nisa Michaelia Cash, li qalet li l-attitudni fil-filmat tmur kompletament kontra l-istandars tal-komunità Awstraljana.

Ta’ min jgħid li Hizb ut-Tahrir hija organizazzjoni politika partikolari li temmen fl-Islamic Khilafah, u mhux rappreżentattiva tal-komunità Musulmana b’mod ġenerali.

Aqra aktar

FILMAT: “Jekk raġel ma jsawwatx lil martu, ma jkunx raġel biżejjed”

“Jekk raġel ma jsawwatx lil martu, ma jkunx raġel biżejjed.” Dan kien kliem mara Alġerina li temmen li jekk ir-raġel tagħha ma jsawwatiex, ir-raġel ma jkunx raġel biżejjed. Dan qalitu b’daħka fuq fommha u ma kinitx hi biss li f’servizz li sar għat-televiżjoni fl-Alġerija, wara rapporti li ħarġu li aktar minn 8,800 mara kienu suġġetti għal vjolenza domestika, li qalet li hija xi ħaġa normali li r-raġel isawwat lil mara.

Aqra aktar

335 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-IRĠIEL fl-2016

  • Żieda ġenerali fir-rapporti dwar vjolenza domestika
  • 1,111 rapport ta’ vjolenza fuq in-nisa

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela preżenta informazzjoni fuq każijiet ta’ rapporti dwar vjolenza domestika.

Jirriżulta li fi żmien tliet snin, il-każijiet ta’ vjolenza li rrapportaw in-nisa żdiedu, iżda anka każijiet ta’ vjolenza li rrapportaw l-irġiel fil-konfront tagħhom.

Aqra aktar

Malta protagonista kontra s-swat bħala kastig

Konferenza globali dwar l-abolizzjoni tal-kastig bis-swat se ssir f’Malta fl-2018.

Fi tmiem konferenza ta’ jumejn fi Vjenna bl-isem “Towards Childhoods Free from Corporal Punishment” il-Ministru Awstrijakk għall-Familja u ż-Żgħażagħ Sophie Karmasin ħabbret li l-konferenza globali li jmiss se ssir taħt l-awspiċi tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

Aqra aktar

Send this to a friend