suwiċidju – Page 2 – One News

Notifiki

21 każ ta’ suwiċidju

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal fil-Parlament li matul l-2016 kien hemm 21 każ ta’ suwiċidju.

Huwa qal lil Anthony Agius Decelis li 18-il persuna kienu rġiel u tliet nisa.

Il-Ministru qal li 17 minn dawn il-persuni kienu ta’ nazzjonalita’ Maltija filwaqt illi erbgħa kienu barranin.

L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn il-25 u t-83 sena.

FILMAT: “Ħalluh jegħreq”

“Ħalluh jegħreq” – Din kienet ir-reazzjoni ta’ dawk li raw immigrant mill-Afrika jegħreq fil-Grand Canal, Venezja. Quddiem xena ta’ niket bħal din turisti u nies tal-lokal ġibdu filmati ta’ dak li huwa maħsub suwiċidju bil-mobile tagħhom.

Aqra aktar

Jibqgħu jkunu abbużivi, anke wara mewtha!

Raul Vela, raġel li kellu jara lit-tifla tiegħu tmut ftit ġimgħat ilu, ma jridx li jagħmel paċi u lanqas li jżomm kwiet. Anzi, sostna li jrid azzjoni.

Brandy Vela, tfajla ta’ 18-il sena, neħħiet ħajjitha b’idejha quddiem il-ġenituri tagħha wara li sfat vittma ta’ ibbuljar fuq l-internet. It-tfajla li kienet tgħix f’Texas, sarilha l-funeral il-Ġimgħa. Fl-istess ġurnata kienet inħolqot paġna fuq is-sit soċjali Facebook biex titfakkar il-memorja tagħha.  Aqra aktar

Id-dlam fi żmien ta’ ħafna dwal

Għal ħafna huma żminijiet sbieħ dawk li ninsabu fihom. Iżda, oħrajn jiffaċjawhom b’diffikultá.

Għal ħafna id-dwejjaq tal-ħajja ma jisparixxux mal-wasla tal-Milied u filwaqt li ċ-ċelebrazzjonijiet żejda jaf idejjqu lil xi wħud l-iktar li jaffetwa huwa t-tul tal-ġurnata.
Aqra aktar

Send this to a friend