suwiċidju – One News

Notifiki

Uffiċjali tal-Pulizija ppremjati wara li salvaw diversi persuni milli jwettqu suwiċidju

Il-Ħadd filgħodu saret iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati lill-pulizija li l-imġieba tagħhom iddistingwiethom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Spikkaw in-numru ta’ pulizija, anke off duty li għenu persuni li sabu rwieħhom f’mumenti diffiċli fosthom dawk li jkunu se jikkomettu suwiċidju.

Rikonoxximent ieħor kien għall-kuntistabbli Simon Schembri li fl-elfejn u tmintax kien qiegħed f’xifer il-mewt wara li ttajjar minn karozza waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Schembri irċieva l-unur tal-Uffiċjal tas-Sena li ingħata għall-kuraġġ li wera waqt iż-żminijiet diffiċli li għadda minnhom.Aqra aktar

Kemm int raġel?

Dan huwa filmat li tnieda mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà bil-għan li tħeġġeġ lis-subien u lill-rġiel li jkunu se jwettqu suwiċidju biex ikunu rġiel u jfittxu l-għajnuna.

Statistika ppublikata waqt it-tnedija tal-filmat fil-Palazz ta’ San Anton bħala parti mill-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali turi li tmienja u tmenin fil-mija tal-persuni li neħħew ħajjithom b’idejhom fil-gżejjer Maltin saru mill-irġiel.

Fl-aħħar sena u nofs biss 30 minn 37 suwiċidju saru mill-irġiel.Aqra aktar

Ara: “Xbajt inkun kattiv miegħi innifsi…irrid ngħix”

Bdiet  il-ġimgħa ddedikata għall-għarfien u l-prevenzjoni tas-suwiċidji.

Statistiċi mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa juru li sfortunatement, mal-miljun persuna jikkommettu suwiċidju kull sena, medja ta’ mewta kull 40 sekonda.

Bosta jistaqsu xi jwassal biex persuna tħoss li m’hemm ebda triq oħra għaliha.

ONE News tkellem ma’ Jeffrey*, li qabel li jkellimna dwar l-esperjenza tiegħu b’mod anonimu.

“Kienet fis-saħna tal-mument ta’ tensjoni u dwejjaq kbar li kont inħossni qed inkun ta’ toqol żejjed fuq il-qraba tiegħi. Kont inħossni li huma kienu jkunu kollha aħjar li kieku jien ma kontx inkun hawn”.Aqra aktar

Kontroversja dwar sensiela televiżiva

Is-sensiela ta Netflix 13 (Thirteen) Reasons Why tinsab f’nofs kontroversja hekk kif qed jingħad li din qed taffetwa b’mod negattiv lil udjenzi żgħażagħ li jsegwuha. ONE News ħal-kummenti tal-psikologu Dr Michael Galea.

 

Aqra aktar

L-aħbar li se jkollha tarbija waslitha għall-mewt

L-aħbar li se jkollhom tarbija, ħafna drabi tkun aħbar mill-isbaħ, liema aħbar tibdilek ħajtek. Iżda dan ma kienx il-każ għal omm ta’ sebat itfal li ma din l-aħbar wetqet suwiċidju fil-preżenza tar-raġel u tfal tagħha. L-omm għamlet dan l-att fil-mument li saret taf li reġgħet se jkollha tarbija oħra, jiġifieri t-tmien wild tagħha.

Aqra aktar

Żewġ suwiċidji evitati f’xahar grazzi għall-grada mal-pont tal-Mosta

Il-Pulizija għandhom żewġ rapporti ta’ żewġ persuni li ġew salvati grazzi għall-protezzjoni li nbniet mal-pont tal-Mosta.
Il-kunsillier Alex Muscat stqarr dan magħna, hekk kif statistika ppreżentata lbieraħ fil-Parlament turi realtà kerha ħafna. 
Madwar xahar ilu  tlesta x-xogħol fuq il-pont, li huwa post sinonimu mas-suwiċidji spontanji, jiġifieri li wieħed itemm ħajtu mingħajr wisq ħsieb minn qabel. Għad-differenza ta’ postijiet magħrufa oħra bħal Ħad-Dingli, dan il-pont jara aktar każijiet fejn wieħed jieħu deċiżjoni allajrieda.
Alex Muscat qal li persuna minnhom waqfet tikkontempla suwiċidju, u grazzi għall-gradi, laħaq twaqqaf milli jtemm ħajtu.
Hemm diskussjonijiet għaddejin biex il-pont jibidel minn wieħed tal-ħadid għall-wieħed tal-perspex, minħabba l-fatt li jgħatti xi ftit mill-veduta spettakolari. Għalkemm il-ħsieb tal-gradi tal-ħadid hu li jistgħu jitneħħew faċilment, biex ikunu jistgħu jsiru attivitajiet ta’ abseiling.

Send this to a friend