surplus – Page 4 – One News

Notifiki

Il-Professur Falzon: Riżultat tajjeb għat-tfal tagħna

Il-Professur tal-Ekonomija, Joseph Falzon, tkellem dwar l-importanza tas-surplus għall-familji. Fil-programm Netwerks imxandar fuq TVM2 il-Professur Falzon qal: “Għall-familji, għax kieku aħna l-kbar qed nisselfu, niddejnu, iridu jħallsu t-tfal tagħna… meta jkollok defiċit il-ġenerazzjoni tal-lum tonfoq iktar u t-tfal tagħna jridu jħallsuh għalih ‘il quddiem. Aħna llum inħallsu d-dejn ta’ dak li ta’ qabilna għamlu.”

Il-Professur Falzon fiehem kif pajjiżi oħra m’għandhomx dak li jissejaħ spazju fiskali. Iżda pajjiżna għandu kawża tar-riżultati tajbin li kiseb. “Bħalissa l-ekonomija tagħna qiegħda full employment. Tajjeb li l-gvern jibbilanċja l-kotba u jagħmel surplus,” qal Falzon li nnota kif f’pajjiżi oħra dan ma jistax isir.

Aqra aktar

Il-GRTU tfaħħar il-viżjoni ekonomika tal-Gvern

Is-sitwazzjoni ekonomika li nħolqot matul dawn l-erbgħa snin kienet waħda tant pożittiva li rnexxiela tagħti nifs qawwi anke lin-negozji, dan anke minħabba l-attitudni ProBusiness li rnexxilu jibni dan il-Gvern.

Stqarr dan il-President tal-GRTU Paul Abela waqt laqgħa m’uffiċjali tal-Partit Laburista fejn fiha kienu diskussi numri t’inizzjativi li bidlu r-rota ekonomika tal-pajjiż. Din il-laqgħa ma saritx biss biex tevalwa l-aħħar xhur, iżda saret biex jkunu studjati proposti ġodda għall-manifest elettorali li jmiss.

Aqra aktar

MHRA: Surplus riżultat ta’ Muscatonomics

L-Assoċjazzjoni Maltija għar-ristoranti u l-lukandiera esprimiet sodisfazzjon għall-aħbar li pajjiżna għandu surplus wara numru ta’ deċennji.  Fi stqarrija ntqal li ilhom snin jgħidu lill-gvernijiet dwar il-ħtieġa li pajjiżna jkollu surplus.Aqra aktar

SURPLUS: Il-GWU pożittiva dwar ir-riżultati ta’ Gvern Laburista

“Kuntent ħafna għal diversi raġunijiet,” dan kien kliem is-Segretarju Ġenerali tal-General Worker’s Union b’reazzjoni għas-surplus ekonomiku li għandu pajjiżna għall-ewwel darba wara 35 sena. Is-Segretarju Ġenerali qal li l-miżuri li introduċa dan il-Gvern qed iwasslu biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fi kliemu s-surplus huwa riflessjoni ta’ tkabbir ekonomiku, tkabbir li matulu ma naqsux il-benefiċċji soċjali. Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li issa jeħtieġ li dan il-ġid iwassal għal żieda fil-pagi tal-ħaddiema.

Aqra aktar

FILMAT: Simon Busuttil ‘jifraħ’ bl-alka

Wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li s-surplus huwa “faċli” u “populist” illum kompla bl-isforzi tiegħu biex inaqqas il-mertu tal-kisba li rnexxielu jagħmel Gvern Laburista, hekk kif pajjiżna rreġistra surplus wara  35 sena. F’Ħad Dingli għażel l-alka, fost oħrajn, biex jiddevja minn din l-aħbar pożittiva. Simon Busuttil qal li s-surplus huwa ħadma u li l-Partit Laburista huwa kopja falza tal-Partit Nazzjonalista.

Segwu l-filmat.

Aqra aktar

“Dan surplus li tistħi bih” – PN

  • Simon Busuttil falz fuq is-surplus li irnexxielu jikseb pajjiżna

 Simon Busuttil ma jiflaħx jara l-pajjiżna jagħmel suċċess u wara li għall-ewwel darba wara 35 sena pajjiżna irreġistra surplus jiġifieri daħħal aktar milli nefaq, issa qed jgħid li dan is-surplus li ħareġ skont ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali  tal-Istatistika, skont il-perjodu, li minn dejjem ikunu skedati li joħroġu, huma biss devjazzjoni u aljenazzjoni.

Aqra aktar

“Għall-PN surplus għadu biss ħolma”

Hija mossa populista u faċilment tinkiseb. Din kienet ir-reazzjoni tal-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil l-għada li f’pajjiżna ħarġet l-aħbar li fl-2016 il-gvern għalaqha għall-ewwel darba b’surplus u tħallas id-deficit li ħalliet warajha amministrazzjoni preċedenti.

Aqra aktar

Il-PES ifaħħar il-mod kif Muscat wasal għal surplus

“Is-suċċess li kiseb il-Gvern Malti m’għandux iservi biss ta’ mudell għal gvernijiet soċjo-demokatriċi iżda għal kull pajjiż Ewropew”- Sergei Stanishev

Dan kien kliem il-President tal-Partit Soċjalista Ewropew (PES), Sergei Stanishev, li kellu kliem ta’ tifħir għas-suċċess fiskali li kiseb Gvern Laburista, li fi kliem il-PES, “biddel l-ekonomija tal-pajjiż fi żmien erba’ snin, u għamel hekk filwaqt li implimenta numru ta’ miżuri soċjali bla preċedent.”

Aqra aktar

Riżultati li nkisbu frott deċiżjonijiet li ttieħdu

Malta eliminat għal kollox id-defiċit finanzjarju fl-istess waqt li bdiet timplimenta għall-ewwel darba għadd ta’ miżuri soċjali mingħajr preċedent.

Miżuri maħsuba biex joħolqu soċjetà iktar ġusta u li għalihom il-gvern investa miljuni ta’ ewro. Miljuni kbar ta’ ewro li raw liċ-ċittadin moqdi aħjar, b’iktar flus fil-but u għalhekk jgħix ħajja iktar kuntenta.

Fost il-miżuri l-kbar hemm dawk imwiegħda qabel l-elezzjoni ġenerali. Bħar-roħs fil-kontijiet tal-enerġija. Fis-sena, tmenin miljun ewro tħallew fil-bwiet tal-familji u n-negozji.

Pajjiżna daħħal ukoll il-miżura ta’ child care b’xejn. Dawk li jaħdmu u għandhom l-ulied taħt it-tliet snin illum jibagħtu lil uliedhom f’ċentri tal-ħarsien ta’ tfal mingħajr ma jħallsu ċenteżmu. Il-gvern jinvesti għal dan miljun ewro fix-xahar.

Żdiedu wkoll għal darba tnejn il-pensjonijiet. Wara snin twal iffriżati, iċ-ċekkijiet tal-anzjani kull l-aħħar tax-xahar raw żieda li mhijiex sempliċiment dik għall-għoli tal-ħajja.

Aqra aktar

Send this to a friend