surplus – Page 3 – One News

Notifiki

Moody’s b’rapport speċjali dwar is-surplus ta’ Malta

L-aġenzija internazzjonali Moody’s iddedikat rapport speċjali fuq is-surplus li pajjiżna kiseb fil-finanzi pubbliċi.

L-artiklu miktub minn tliet ekonomisti tal-Moody’s jismu “Malta’s surprise 2016 budget surplus is credit positive”. Fil-fatt, qabel ħarġet il-konferma mill-Eurostat tar-riżultat ta’ 1% surplus, Moody’s kienet qed tbassar defiċit ta’ 0.8% għal pajjiżna. Skont Moody’s, ir-riżultat tas-surplus isaħħaħ ħafna lil pajjiżna tant li jgħidu li “the surplus is credit positive because it accelerates the decline in the Maltese government’s debt burden, and confirms that debt has fallen below the European Commission’s (EC) 60% Maastricht threshold one year earlier than forecast.”

Aqra aktar

Malta bit-tieni l-ogħla surplus fl-UE; qabel il-Ġermanja

B’surplus ta’ mitt miljun ewro, li huwa 1% tal-Prodott Domestiku Gross, Malta rreġistrat surplus li huwa t-tieni l-ogħla fl-Unjoni Ewropea wara dak tal-Lussemburgu. Is-surplus ta’ Malta, li nkiseb għall-ewwel darba wara 35 sena huwa saħansitra ogħla minn tal-Iżvezja u l-Ġermanja li jsegwu lill-pajjiżna.

Għalkemm li jispikka f’pajjiżna hu li s-surplus kien irreġistrat mingħajr ma ddaħlu miżuri li jweġġgħu liċ-ċittadin u minflok daħlu miżuri li offrew spalla bħaċ-childcare b’xejn, l-inwork benefit u t-tapering tal-benefiċċji soċjali.

IKKONFERMAT IS-SURPLUS: IKTAR MINN MITT MILJUN EWRO

L-istatistika finali dwar il-finanzi tal-Gvern għas-sena li għaddiet mhux biss ikkonfermat li fl-2016 pajjiżna rreġistra surplus, iżda wriet ukoll li dan is-surplus kien ta’ €101 miljun. Dan kien l-ewwel surplus rreġistrat Malta wara 35 sena.

U r-riżultat jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kien hemm fl-aħħar sena ta’ amministrazzjoni preċedenti meta pajjiżna rreġistra defiċit ta’ €261 miljun. Skont l-istatistika tal-NSO intlaħqet ukoll il-mira importanti li d-dejn jinżel taħt is-60% tal-Prodott Domestiku Gross, tant li kien irreġistrat dejn ta’ 58.3% tal-Prodott Domestiku Gross.

KISBA DOPPJA: Żieda fin-nefqa biex int tgħix aħjar

• ŻIDIET FL-ISPIŻA RIKORRENTI MAĦSUBA BĦALA WENS

• IL-MISTOQSIJA HI: X’SE JAQTA’ L-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI?

Mijiet ta’ miljuni ta’ ewro f ’dik li hi spiża rikorrenti, meta wieħed iqabbel l-2012 u l-2016, kienu investiti fi proġetti soċjali u nefqiet f ’setturi kruċjali għall-kwalità tal-ħajja tan-nies. Fuq quddiem nett is-saħħa u l-edukazzjoni. Żdiedet ukoll b’mod sostanzjali l-ispiża fi programmi soċ- jali, għalkemm dan f ’oqsma maħsuba u magħżula b’reqqa.

Aqra aktar

WARA S-SURPLUS: Politiċi Ewropej b’tifħir għal Malta

“Eżempju għal pajjiżi oħra.”

Kien dan il-messaġġ ewlieni ta’ politiċi ewlenin fl-Unjoni Ewropea li jiffokaw dwar il-qasam ekonomiku. Dan meta kienu qed jirreaġixxu għar-riżultati li kisbet Malta fil-qasam ekonomiku, fosthom l-ewwel surplus f’35 sena.

 Il-Ministru tal-Finanzi Franċiż, Michel Sapin, tenna li dan huwa Gvern li rnexxielu jimmoderniza l-ekonomija bħal qatt qabel. Għax għamlu mingħajr ebda sagrifiċċji għaċ-ċittadin, fejn biddel r-rota ekonomika filwaqt li ma nesiex il-qalb soċjali.

Aqra aktar

Is-surplus ta’ pajjiżna jolqot l-għajn

Il-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kellhom kliem pożittiv għall-fatt li pajjiżna elimina d-defiċit u rreġistra surplus storiku wara 35 sena.

Anki jekk dawn l-awtoritajiet monetarji ma jikkumentawx fuq miżuri politiċi li jieħu Gvern biex jistimula l-ekonomija, il-fatt li s-surplus ta’ Malta laqat l-attenzjoni tagħhom, juri biċ-ċar il-klima ekonomika pożittiva li pajjiżna għandu u li qed isarraf f’aktar ġid fost il-poplu.

Aqra aktar

FILMAT: Is-surplus jifxel lid-deputati tal-PN

L-aħbar li pajjiżna rreġistra surplus tefgħet f’konfużjoni lill-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, li l-membri tiegħu qed jimxu mal-istruzzjoni li jipprovaw inaqqsu mill-mertu ta’ din il-kisba storika.

Kif mhux importanti. Tant li biex jagħmlu dan spiċċaw jikkontradixxu lil xulxin.
Il-Ħadd Clyde Puli qal li dan hu surplus li jġiegħel in-nies jistħu.

Aqra aktar

L-MDA sodisfatta bis-surplus ekonomiku

 

“Il-Malta Developers Association (MDA) bi pjaċir tilqa’ l-aħbar li, wara aktar minn tletin sena, il-Fond Konsolidat ta’ Malta m’għadux f’sitwazzjoni ta’ defiċit permanenti, peress li d-dħul tal-Gvern kien akbar mill-infiq fl-2016.”

Dan kien kliem l-Malta Developers Assosication li fi stqarrija esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha għall-aħbar ta’ surplus ekonomiku. L-MDA irikonoxxiet li dan kien pass importanti fl-istorja ekonomika ta’ Malta u tifraħ lill-Gvern talli laħaq dan il-għan mingħajr ma kellu jirrikorri għal miżuri ta’ awtorità ħarxa, filwaqt li naqqas it-taxxi.

Aqra aktar

Send this to a friend