surplus – Page 2 – One News

Notifiki

Il-Gvern jirreġistra surplus ta’ €56.5 miljun fl-ewwel disa’ xhur tas-sena

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, il-Gvern kellu surplus fil-finanzi tiegħu ta’ ftit aktar sitta u ħamsin punt erba’ miljun ewro.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-Fond Konsolidat li jirreġistra d-dħul u l-infiq tal-Gvern juru li bejn Jannar u Settembru, id-dħul tal-Gvern żdied b’aktar minn €346.7 miljun meta mqabbel mal-istess disa’ xhur tas-sena li għaddiet. Fl-istess perjodu, in-nefqa tal-Gvern żdiedet b’aktar minn €226.6 miljun.

L-NSO qal li meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, il-kaxxa ta’ Malta rreġistrat bidla pożittiva ta’ aktar minn mija u għoxrin miljun ewro.

Minkejja li l-Gven kompla naqqas it-taxxi diretti u indiretti, l-Uffiċċju tal-Istatistika qal li żieda ta’ kważi tlettax fil-mija fid-dħul tal-Gvern kienet riżultat fost oħrajn ta’ żidiet mill-income tax (+€83.4 miljun) mill-VAT+€78.5 miljun), mill-bolla (+€48.3 miljun) u anke mill-għotjiet.

Il-Kurja b’surplus ta’ €752,000 għas-sena 2016

Fl-2016 il-Kurja għamlet surplus ta’ €752,000 dan fuq it-total ta’ €7 miljun dħul. Dan is-surplus imbagħad jitqassam f’sussidji lil diversi entitajjet tal-Knisja.

Wieħed mill-fatturi ewlenin wara s-surplus kienet donazzjoni sostanzjali mill-MMDNA, liema donazzjoni marret direttament fil-fondi tad-djar tal-anzjani.

Aqra aktar

MALTA: L-akbar surplus fil-finanzi pubbliċi mill-pajjiżi tal-UE

Stqarrija maħruġa mill-Eurostat tindika li fl-ewwel kwart tal-2017 Malta rreġistrat l-ogħla surplus fil-finanzi pubbliċi minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE.
Madwar l-UE bħala medja kien hemm defiċit ta’ 1% tal-ġid nazzjonali, bl-ogħla defiċit ikun dak fi Franza fejn dan laħaq 3.3%. B’kuntrast f’pajjiżna fl-ewwel kwart tas-sena s-surplus fil-finanzi pubbliċi laħaq 3.5%.

Aqra aktar

Għall-ewwel darba fl-istorja

Stqarrija maħruġa mill-Gvern ta’ Malta

Wara s-surplus li nkiseb fl-2016, fl-ewwel kwart tal-2017 pajjiżna wkoll kiseb surplus fil-finanzi pubbliċi. Fl-ewwel tliet xhur tas-sena s-surplus diġà laħaq l-€44 miljun.

Din kienet l-ewwel darba li ġie reġistrat surplus fl-ewwel kwart tas-sena – perjodu li storikament ma jkunx daqstant tajjeb għall-finanzi pubbliċi. Fil-fatt is-sena li għaddiet – is-sena tal-ewwel surplus -kien hemm defiċit ta’ €68 miljun fl-ewwel kwart tas-sena.

Dan ifisser li mqabbel mal-2016 – li kienet sena rekord għall-finanzi pubbliċi – fl-ewwel kwart tal-2017 kien hemm titjib ta’ €113 miljun fil-finanzi pubbliċi, skont il-kejl tal-Eurostat.

It-tnaqqis fid-defiċit seħħ għax id-dħul tal-Gvern għola għal kważi €980 miljun, iġifieri €137 miljun iktar mill-2016. Minkejja t-tnaqqis repetut fl-income tax – miżura li tat għexieren ta’ miljuni lill-familji tagħna – il-Gvern kompla jdaħħal ferm iktar minn din it-taxxa minħabba ż-żieda qawwija fl-impjiegi kif ukoll bit-titjib fil-profitti tan-negozji. Tkabbir ta’ din in-natura hu l-aqwa ċertifikat tal-andament ekonomiku qawwi li kellu pajjiżna fil-bidu tal-2017. Dan fi żmien meta skont l-Oppożizzjoni kien hawn inċertezza kbira u ħafna negozji kienu se jagħlqu.

Aqra aktar

SURPLUS FL-EWWEL TLIET XHUR TAL-2017

Fl-ewwel tliet xhur tal-2017, il-Gvern irreġistra surplus ta’ €44.2 miljun.

Bejn Jannar u Marzu, id-dħul totali ammonta għal €979.2 miljun, żieda ta’ €137.2 miljun meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2016.

L-istatistika ppubikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tista’ ssibha hawn.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/07/News2017_109.pdf”]

KOMPLEJNA BIS-SURPLUS; ippubblikata l-istatistika għall-ewwel xhur tal-2017

Fl-ewwel terz tal-2017, il-Fond Konsolidat kellu surplus ta’ €21 miljun.

Dan huwa l-aqwa surplus fil-Fond Konsolidat għal dan il-perijodu tas-sena, fl-istorja ta’ pajjiżna.

Filwaqt li fl-2016 kollu kemm hu, pajjiżna kellu surplus ta’ €9 miljun, fl-ewwel terz tas-sena li għaddiet il-finanzi pubbliċi kellhom żbilanċ ta’ €77 miljun. Dan ifisser li meta mqabbel mal-2016, l-ewwwel sena b’suplus f’dawn l-aħħar 35 sena, fl-ewwel terz tal-2017 diġà kellna titjib ta’ kważi €100 miljun.

Mentri fl-ewwel erba’ xhur tal-2017 għandna surplus ta’ €21 miljun, fl-istess perijodu tal-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm defiċit ta’ €232 miljun.

Aqra aktar

Rata ta’ tkabbir f’pajjiżna tliet darbiet il-medja taż-żona ewro

 

Fi stqarrija l-Gvern ta’ Malta qal li l-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kemm ħareġ il-Quarterly Review, pubblikazzjoni li tħares lejn l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna. Dan ir-rapport jikkonferma l-qagħda eċċellenti tal-ekonomija Maltija,tant li l-Bank Ċentrali jsostni li “this rate of expansion was three times that registered for the euro area as a whole”.

Aqra aktar

Send this to a friend