suq | One News

Notifiki

Il-Ġappun huwa l-akbar suq barra mill-UE għal Malta

Minkejja li hemm iktar minn 10,000 kilometru f’distanza bejn iż-żewġ pajjiżi, Malta esportat lejn il-Ġappun iktar minn kwalunkwe pajjiż ieħor barra mill-Unjoni Ewropea.

Ċifri tal-Eurostat għall-2018 juru li Malta esportat lejn il-Ġappun b’madwar €149. Dan ifisser li l-Ġappun kien l-iktar pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li Malta esportat lejh. Wara l-Ġappun ġew Singapor, l-Istati Uniti u Hong Kong.Aqra aktar

Jitraħħsu 23 mediċina fosthom tal-pressjoni u antibijotiċi

Tħabbar roħs fil-prezzijiet ta’ 23 mediċina li wħud minnhom se jwasslu għal roħs sa 25% fil-mija fil-prezz.

Fost dawn antibijotiċi, mediċina kontra d-dipressjoni, pillola kontraċettiva, u kontra l-allerġija.

L-antibijotiku tal-penicilin magħruf bħala Augmentin raħas b’25 % u għalhekk il-pazjent se jiffranka minn roħs li jlaħħaq il-€5. Tħabbar ukoll roħs ta’ 22% fuq mediċina għad-dipressjoni, u ta’ 18% fuq pilloli kontraċettivi. Aqra aktar

Is-suq tal-Belt sors ta’ impjiegi mill-ġdid

  • JOĦORĠU DIVERSI SEJĦIET GĦAX-XOGĦOL

Is-Suq tal-Belt se jerġa’ jkun sors ta’ ħajja u impjiegi.

Dan huwa wieħed mill-proġetti kbar ta’ restawr li hemm għaddejjin fil-Belt u minbarra li se jerġa’ joffri dehra maestuża lis-sit, il-post se jerġa’ jagħti opportunità ta’ impjieg lil ħafna tant li qed isiru sejħiet f’iktar minn 20 pożizzjoni differenti b’uħud minnhom hemm bżonn diversi persuni għall-istess pożizzjoni. Fil-fatt meta s-Suq tal-Belt ikun qed jaħdem għalkollox kif pjanat se jaħdmu fih madwar 140 persuna.

Aqra aktar

Lejn suq tax-xogħol aktar ġust u inklussiv

F’pajjiżna llum qed tittella’ l-Laqgħa Annwali tal-Presidenti u Segretarji Ġenerali tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali. Dan qed isir qabel mal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE tasal fi tmiemha.

Is-suġġett magħżul għal din is-sena huwa suġġett ta’ sfida biex ikun diskuss. Dan huwa “Towards a fair and inclusive labour market in the context of intra-eu mobility”.

Aqra aktar

Il-kandidati tal-Partit Laburista tas-seba’ distrett qalb in-nies f’Ħaż-Żebbuġ

Dalgħodu l-kandidati tas-seba’ distrett flimkien mal-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef u s-Segretarja tal-Eżekuttiv Lydia Abela żaru l-monti ta’ Ħaż-Żebbuġ u flimkien ma’ dawk preżenti tkellmu dwar il-proposti tal-Partit Laburista.

Dawn il-proposti niżlu tajjeb man-nies li esprimew sodisfazzjon u fiduċja fi Gvern Laburista, li se jimplimentahom bħal ma għamel f’dawn l-aħħar erba’ snin.

Aqra aktar

Inċentivi li se jsaħħu s-suq tal-proprjetà

Il-bidu tal-2017 fissret ukoll aktar inċentivi għax-xerrejja tal-proprjetà u l-iżviluppaturi. Bi skemi tajbin li ndraw u oħrajn introdotti issa, il-Perit Michael Falzon tkellem ma’ dan l-istazzjon dwar kemm dawn mistennija jintlaqgħu tajjeb f’ġieħ is-sostennibilità tas-suq tal-proprjetà.

Aqra aktar

Inċentivi li se jsaħħu s-suq tal-proprjetà

Il-bidu tas-sena immarka wkoll il-bidu u t-tkomplija ta’ inċentivi marbuta mas-suq tal-proprjetà.

Minbarra l-miżura tal-first time buyers li kompliet tiġi mġedda, daħlu miżuri oħra li mistennija jintlaqghu sew. Bħal dik ta’ tnaqqis fir-rata tat-taxxa tal-boll għax-xerrejja f’Għawdex li mistennija tagħti spinta lil dan is-suq fil-gżira tat-tlett għoljiet.

Il-Perit Michael Falzon, bi snin t’esperjenza f’dan il-qasam u bħala konsulent tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, tkellem magħna dwar din il-miżura iżda mhux biss.

Aqra aktar

Send this to a friend