Sunday Times – One News

Notifiki

Delia sieket dwar id-dħul tiegħu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma jridx jgħid kemm hu dħul tieghu fix-xahar. Meta mistoqsi minn The Sunday Times, biex jispjega kif qed ilaħħaq mal obbligi finanzjarji li għandu, Delia naqas milli jgħid x’inhu id-dħul finanzjarju tiegħu fix-xahar. Huwa rreferihom biss għad-dikjarazzjoni tal-assi li hemm fil-Parlament.

Skont din id-dikjarazzjoni li ressaq fil-Parlament f’April li għadda, Delia għandu mas-€700,000 f’dejn. F’intervista fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia naqas milli jagħmel referenza għall-istorja ta’ The Sunday Times jew jispjega kemm hu d-dħul finanzjarju tiegħu fix-xahar.Aqra aktar

Ta’ Maġġi jxejnu l-allegazzjonijiet

Permezz ta’ stqarrija il-grupp Ta’ Maġġi xejnu għal kollox l-artiklu mimli allegazzjonijiet ta’ Ivan Camilleri fil-ħarġa ta’ The Times tal-lum u f’dik tas-Sunday Times tal-Ħadd li għadda.

It-Times sostniet li art f’żona magħrufa aħjar Tal-Barmil fix-Xewkija li qed tinbidel f’park industrijali ingħatat lil Ta’ Maġġi mingħajr għoti ta’ tender.

Madankollu Ta’ Maggi sostnew li kien il-Ministru ta’ dak iż-żmien, Tonio Fenech li talabhom biex jiżviluppaw park industrijali fix-Xewkija.

Filfatt il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien anki inkluda l-proġett tax-Xewkija, li semma Ivan Camilleri, f’diskors tal-baġit.

Wara bidla fil-Gvern, Ta’ Maġġi reġgħu bdew bid-diskussjonijiet dwar il-park industrijali tax-Xewkija. Ta’ Maġġi spjegaw li sa issa l-art tax-Xewkija ġiet trasferita mill-Malta Industrial Parks f’isem il-Gvern għal Ta’ Maġġi b’ċens temporanju.

Ta’ Maġġi saħqu li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ interessi oħra bejn il-Gvern u l-kumpanija. Il-kumpanija spjegat li hi ma tibniex parks industrijali iżda tqabbad kuntratturi biex jiżviluppaw dan.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jiċħad dak li ppubblikat is-Sunday Times

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ċaħad b’mod kategoriku dak li ppublikat is-Sunday Times dalgħodu. Fi stqarrija l-Ministeru qal li l-artiklu tal-gazzetta huwa mimli bl-ineżattezzi, nuqqas ta’ kuntest u għandu l-għan għewlieni li jħammeġ ir-reputazzjoni b’mod qarrieqi.

L-istess artiklu kien deskritt bħala partiġġjan fin-natura minħabba li l-problemi reali effettivament seħħew sew qabel Marzu tal-2013.

Aqra aktar

Ħarsa lejn it-Times ta’ għaxar snin ilu…

Bħal llum għaxar snin ilu, stħarriġ ippublikat mill-Kummissjoni Ewropea kien wera li l-prezz tal-enerġija huwa l-ikbar kawża ta’ tħassib fost il-Maltin.

Dak iż-żmien, il-Maltin kienu “estremament inkwetati”, bis-surcharge tal-Gvern fuq l-elettriku jlaħħaq l-64%.

Illum l-istorja inbidlet. Il-prezzijiet tal-enerġija ma jissemmewx bħala fattur inkwetanti fost il-Maltin u l-Għawdxin, fl-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru ppublikat is-sajf li għadda.

Illum-il ġurnata ġara dak li ħaddieħor kien isejjaħlu Alice in Wonderland – il-prezzijiet tal-enerġija huma irħas mill-medja Ewropea u garantiti li jibqgħu stabbli. Dan fl-istess waqt li tinqata’ d-dipendenza fuq l-aktar żejt li jniġġeż.

Aqra aktar

“Gidba sfaċċata” tat-Times of Malta

L-istorja fis-Sunday Times of Malta hija gidba sfaċċata. Qal dan l-Uffiċju tal-Prim Ministru fi stqarrija, b’referenza għall-artiklu intitolat “Attempt to replace head of tax compliance unit”, miktub minn Ivan Camilleri.

Aqra aktar

Send this to a friend