summit – One News

Notifiki

Il-Ministru Carmelo Abela jappella għal impenn iktar b’saħħtu bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela pparteċipa fir-raba’ sessjoni tas-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u d-Dinja Għarbija li sar fAteni fid-29 ta Ottubru 2019. It-tema ġenerali tas-summit kienet Sħubija Strateġika, li kienet iffokata fuq oqsma ġodda dwar kooperazzjoni u investimenti ekonomiċi, inklużi fl-oqsma tal-enerġija, il-kummerċ, ix-xjenza, it-teknoloġija, u l-kura tas-saħħa. Aqra aktar

Qbil bejn seba’ pajjiżi Ewropej biex jinqasmu l-prassi dwar is-setturi tad-DLT u Blockchain

Seba’ pajjiżi Ewropej qablu sabiex ikun hemm koperazzjoni ikbar u jkunu jistgħu jinqasmu prassi fis-settur tal-Blockchain u DLT.  Dan wara Summit li sar f’pajjiżna bejn il-Ministeri  inkarigati mit-telekomunikazzjoni.  Il-pajjiżi li attendew is-summit f’pajjiżna kienu Franza, l-Italja, il-Greċja, Ċipru, Spanja u l-Portugall. Aqra aktar

Fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-Unjoni Ewropea trid tkun vuċi soda bi programm ambizzjuż– Miriam Dalli

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli se tkun New York bħala parti mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għas-Summit fuq l-Azzjoni dwar il-Klima

 

Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli talbet lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq pjan dwar il-klima li jkun ambizzjuż u b’miżuri finanzjarji biex issir it-tranżizzjoni meħtieġa.

 

“Irrid nisma’ vuċi Ewropea b’saħħitha li ma tibżax tippreżenta programm bi pjan ta’ azzjoni ambizzjuża. Jekk l-impenn tal-Unjoni Ewropea ikun dgħajjef huma l-komunitajiet, l-industriji, l-ekonomiji, iż-żgħażagħ u t-tfal tagħna li se jbatu,” qalet Miriam Dalli, Viċi-President tal-S&D, lill-Parlament Ewropew.

Aqra aktar

Malta se tospita summit bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-UE nhar il-Ġimgħa

Il-Mexxejja ta’ Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja se jkunu Malta nhar il-Ġimgħa li ġej għal summit bejn il-Pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa li se jmexxi l-Prim Ministru Joseph Muscat. L-EUMed7 welldu alleanza bejniethom f’Diċembru tal-2013 biex ikunu indirizzati temi komuni fir-reġjun tal-Mediterran.

L-ewwel summit tal-EUMed7 iltaqa’ f’Settembru tal-2016 f’Ateni, fejn il-mexxejja ddiskutew azzjoni kkordinata dwar il-kwistjoni tat-tkabbir ekonomiku u tas-sigurtà reġjonali.  Summits oħrajn saru f’Liżbona, Madrid u Ruma, bl-aħħar summit jiltaqa’ f’Nicosia aktar kmieni din is-sena, fejn id-diskussjonijiet iffokaw fuq it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-qafas finanzjarju ta’ dan ir-reġjun.Aqra aktar

“L-estensjoni trid tkun waħda sensibbli” – il-PM

Kwalunkwe estensjoni li kapaċi tingħata dwar Brexit għandha tkun waħda sensibbli. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti lill-ġurnalisti, ftit qabel ma beda summit ta’ emerġenza fi Brussell li ssejjaħ wara li Theresa May talbet estensjoni sat-tletin ta’ Ġunju li ġej dwar Brexit.

Aqra aktar

Brexit mistenni jkun pospost sat-22 ta’ Mejju li ġej

Il-Mexxejja Ewropej mistennija jaqblu li Artiklu 50, li jiggarantixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jiġi estiż sat-22 ta’ Mejju li ġej. Dan kien deċiż waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, li din is-sena kien iddedikat għat-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta. L-Unjoni Ewropea qalet li l-estensjoni tkun garantita jekk il-Parlament Ingliż f’Westminster japprova l-abbozz dwar Brexit qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej.Aqra aktar

Il-PM fi Brussell għal summit dwar l-estensjoni ta’ Brexit

Il-Mexxejja Ewropej mistennija jiddeċiedu jekk Brexit jiġix estiż sat-30 ta’ Ġunju li ġej. Dan waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea, li din is-sena se jiffoka fuq it-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun preżenti għal dan is-Summit, li ssejjaħ mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Aktar kmieni l-Gvern Malti iddikjara li jaqbel mal-estesjoni ta’ Brexit, diment li dan isir bi ftehim u pjan ċar. Aqra aktar

Send this to a friend