suldati – One News

Suldati Amerikani bi ġrieħi trawmatiċi f’rashom wara attakk fl-Iraq

109 suldati Amerikani qed isofri ġrieħi trawmatiċi f’rashom wara attakk f’bażi Amerikana fl-Iraq fit-8 ta’ Jannar li għadda minn qawwiet Iranjani. Dan kien ikkonfermat mill-Pentagon tard it-Tnejn filgħaxija minkejja li għall-bidu l-President Donald Trump qal li l-ebda suldat Amerikan ma ndarab f’dan l-attakk.
Minkejja kollox il-Pentagon qalet ukoll li kważi 70% ta’ dawn l-istess membri tas-servizz diġà rritornaw għax-xogħol. Aqra aktar

13-il suldat Franċiż imut wara li ħabtu żewġ ħelikopters f’operazzjoni fil-Mali

13-il suldat Franċiż nqatlu meta żewġ ħelikopters ħabtu waqt operazzjoni kontra l-ġiħadisti fil-Mali. Dan ikkonfermah il-President Franċiz Emmanuel Macron li ddeskriva l-inċident tat-Tnejn bħala waħda mill-agħar telfiet għall-armata Franċiża. Macron ikkonferma wkoll li bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar il-każ. Aqra aktar

AĠĠORNATA: Lorin Scicluna u Francesco Fenech ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest

Il-Maġistrat Ian Farrugia ċaħad it-talba li Lorin Scicluna u Francesco Fenech jingħataw il-ħelsien mill-arrest.  Dan wara li l-qorti rat l-gravità tar-reati. Dan filwaqt li nnotat ukoll kif għalkemm l-akkużati għandhom rabtiet ma’ pajjiżna l-biża’ li dawn jaħarbu mill-pajjiż issir iżjed peżanti.

Lorin Scicluna u Francesco Fenech, iż-żewġ eks-suldati qed ikunu akkużati bil-qtil ta’ Lassibe Souleymane u l-feriment ta’ oħrajn permezz ta’ tiri t’arma tan-nar sparati minn karozza għaddejja fi triq tal-ġebel, f’Birżebbuġia.

Fit-trattazzjoni l-avukat difensur Franco Debono li qed jidher għal Lorin Scicluna stqarr li l-arrest dejjem għandu jkun l-eċċezzjoni u mhux ir-regola. Stqarr li l-oġġezzjoni tal-avukat ġenerali hija minħabba l-biża’ ta’ intralċ tal-provi. Biża’ li issa m’għadiex reali. L-avukata Giannella De Marco spjegat li l-gravità tar-reat mhux raġuni valida waħidha sabiex ma tingħatax il-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat u saħqet li dan il-każ kien ukoll qajjem reazzjoni kbira fil-pubbliku. Għal dan id-difiza qalet li l-Qorti tiddeċiedi fuq dak li hu ġust u mhux skont r-reazzjoni tan-nies.

Intant, hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda, l-eks sieħba ta’ Lorin Scicluna xhedet kif Lorin Scicluna kien jara li persuni ta’ karnaġġjon skur kellhom ‘attegjament li jridu jmexxu kollox huma’. Hekk kif l-eks sieħba tiegħu Mariah Bongailas, telgħet fuq il-pedana tax-xhieda fl-awla kien hemm emozzjoni kbira.  Speċjalment meta bdiet tiddeskrivi r-relazzjoni tajba li kellha ma’ Lorin u familtu u infaqgħet tibki.  Lorin u l-familjari tiegħu ukoll bkew fl-awla.

Hija qalet li kien biss lejlet il-jum tal-arrest li qalilha li kienu involuti f’hit and run fejn ittajjar persuna ta’ karnaġjon skur. Madankollu huwa kien qalilha li l-vittma kienet qamet u “rranġaw bejniethom”.

Hija spjegat kif ġieli Francesco mar magħhom meta joħorġu. Qalet kif ħarġu xi darbtejn jew tlieta flimkien. Fil-kontro-eżami mill-avukati ta’ Lorin, hija spjegat li ma kinitx tieħu pjaċir meta joħroġ magħhom Francesco. Qalet kif hu u Francesco kienu jaqblu flimkien.

Meta ġieli qaltlu li ma xtaqitux joħroġ magħhom Lorin kien jgħidilha li Francesco ma kellux ħbieb u ma ridux jibqa’ waħdu d-dar.

Hija spjegat kif dakinhar li allegatament ġara r-reat, hija marret tara film ma’ oħtha filwaqt li Lorin kien xogħol. Qalet kif huwa bagħatilha messaġġi u staqsieha fejn qiegħda darbtejn iżda ma wera l-ebda komportament stramb. Lanqas meta mar għandha iżjed tard dakinhar.

Send this to a friend