suċċess – One News

Notifiki

ARA: “It-tkabbir ekonomiku huwa realtà ċara li nħossu b’idejna ta’ kuljum”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser kif l-aħħar numri ppubblikati dwar l-ekonomija mhumiex figuri waħedhom imma riflessjoni ta’ realta’ ċara li nħossu b’idejna ta’ kuljum. Huwa qal dan waqt intervista li xxandret fuq ONE Radio il-Ħadd filgħodu.

“L-isbaħ ħaġa hija li t-tkabbir mhux ġej minn qasam wieħed, mhux ġej minn ħaġa waħda, mhux ġej minn deċiżjoni waħda jew punt wieħed. It-tkabbir fl-ekonomija ta’ dan il-pajjiż ġej b’mod mifrux, strutturat illi dik minnha nnifisha tagħmilna dik li bl-ingliż ngħidulha resilient, jiġifieri tagħmilna aktar sodi”, qal il-Prim Ministru.Aqra aktar

“M’għandix kliem biex nirringrazzja lil Għawdex u lill-Għawdxin ta’ dak li għamiltu magħna”- Il-PM Muscat fin-Nadur

Friska minn numru ta’ rebħiet storiċi fl-elezzjonijiet lokali, il-gżira Għawdxija laqgħet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lis-Sinjura tiegħu fin-Nadur. Il-Prim Minsitru nnota li m’hemmx kliem xierqa biżżejjed biex jirringrazzja lil Għawdex u lill-Għawdxin ta’ dak li għamlu mal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjonijiet.

Aqra aktar

“Suċċess għax inħossu l-polz tal-poplu”- Chris Cardona

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona sostna li Il-Partit Laburista hu l-partit tas-suċċess għaliex iħoss il-polz tal-poplu. Hu kien qed jitkellem waqt sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali.

“Din tirrifletti l-enerġija ta’ Gvern li jifhem x’inhuma l-problemi tal-pajjiż, u li ma jaqtax qalbu quddiem dawn l-isfidi. Il-poplu jemmen li dan huwa Gvern b’saħħtu u magħqud, li ma jidħaqx bin-nies.”Aqra aktar

‘Delia mdejjaq bis-suċċess’- il-PL

Id-diskors negattiv tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu huwa diskors ta’ bniedem imdejjaq bil-fatt li l-ikbar vittma tas-suċċess li kiseb il-pajjiż huwa l-Partit Nazzjonalista li hu ried jibdel, iżda minflok spiċċa biex bidel lilu.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għad-diskors li ta l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia l-Ħadd filgħodu fl-Imsida.

Delia jrid ixekkel l-iżvilupp ta’ Għawdex

B’referenza għall-konferenza stampa li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministeru għal Għawdex jinnota li bil-pożizzjoni li qed jadotta l-Partit Nazzjonalista mhu qed jagħmel xejn għajr milli jxekkel l-iżvilupp ta’ Għawdex u tal-Għawdxin.

Aqra aktar

Malta ħafna aħjar minn ta’ għaxar snin ilu – il-PM

Fl-isfond li fuq il-midja soċjali għaddejja dik imsejħa ‘10 year challenge’, fiż-Żurrieq il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat tkellem dwar kif għaxar snin ilu l-kwistjoni prinċipali għall-poplu kienet il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Illum il-ġurnata l-poplu għandu rasu mistrieħa.

Quddiem folla mdaqqsa l-Prim Ministru semma kif 10 snin ilu l-ekonomija Maltija kienet staġnata u llum pajjiżna għandu ambjent ekonomiku b’saħħtu.

Hawn irrefera għal rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji li għaxar snin ilu kien ikklassifika l-pajjiżna bħala l-71 pajjiż fid-dinja li għandu ambjent ekonomiku b’saħħtu.

“Illum mhux ninsabu l-aqwa fl-Ewropa imma saħansitra l-aqwa fid-dinja”, saħaq Dr. Muscat.
Semma kif għaxar snin ilu kullħadd kien jitbekka għax-xogħol, illum ġustament il-ħaddiema qed jitolbu kwalità ta’ xogħol aħjar għaliex in-narattiva tal-poplu nbidlet frott tal-bidla li nġabet minn dan il-Gvern.

“Għaxar snin ilu ma konniex nafu x’inhu surplus, konna nafu biss x’inhu defiċit”, qal il-Prim Ministru li żied jgħid, “Irridu ntellgħu ġenerazzjoni ta’ nies li defiċit ma jkunux jafu xi jfisser.”

Il-Prim Ministru saħaq li qabel min kien juża s-servizz taċ-childcare kien meqjus bħala sinjur.

“Illum kullħadd juża s-servizz taċ-childcare b’xejn”, qal il-Prim Ministru fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti.

Bl-aġenda riformista ta’ dan il-Gvern semma wkoll kif inbidel għall-aħjar is-settur edukattiv u qal kif għaxar snin ilu ma kienx hawn trasport b’xejn għall-iskejjel u l-prezzijiet tal-uniformijiet kienu kkaratterizzati minn suq salvaġġ filwaqt li llum għandek prezz regolat għall-uniformijiet tat-tfal tal-iskola.

Il-Prim Ministru semma wkoll il-pensjonanti li kienu meqjusa foqra għaxar snin ilu u llum qed jirċievu żieda wara l-oħra.

B’rabta mal-pensjonanti semma s-settur tas-saħħa u qal kif għaxar snin ilu kien hemm l-mediċini ‘out of stock’ u llum din il-problema spiċċat.

Frott il-bidla li ġab dan il-Gvern, il-Prim Ministru spjega kif għaxar snin ilu, anki l-faqar kien qed jgħolli rasu u llum dan ġie indirizzat u naqas ferm.

Hawnhekk b’ton umli l-Prim Ministru qal li l-Gvern xorta huwa saqajh mal-art u quddiem din il-bidla pożittiva jagħraf li hawn min għandu sfidi u jrid ikun il-Gvern li jwieżen.

Il-Prim Ministru semma wkoll l-infrastruttura tal-pajjiż.

“Nistgħu nieħdu ritratt għat-10 year challenge tal-infrastruttura tal-pajjiż. Illum pajjiżna qed jinbidel u għas-snin li ġejjin se nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż”, qal Dr. Joseph Muscat.

Semma wkoll it-turiżmu u qal kif għaxar snin ilu, iż-żieda fin-numru tat-turisti li żidnih din is-sena kien jiżdied f’sitta jew seba’ snin.

Il-Prim Ministru qal li għal din is-sena se nkunu qed nilħqu l-mira ta’ tliet miljun turist fis-sena.

“THEDDIDA GĦAS-SUĊĊESS”

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Mexxej tal-Affariiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona, intqal li l-ġid li qed joħloq dan il-Gvern qed jitwassal fil-faxex l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

Permezz ta’ preżentazzjoni, il-Ministru Cardona rrefera għall-ispiża kapitali li l-Gvern għamel fi tliet setturi ewlenija; is-settur soċjali, tas-saħħa u l-edukazzjoni.

Aqra aktar

Ġa qed ibassru li se jkabbru

Għalkemm ilha f’pajjiżna ftit ġimgħat biss, Aviation Cosmetics qed tara interess tant kbir f’ħidmietha, li tbassar li fi żmien sentejn se taffaċja l-bżonn li tkabbar l-operat tagħha f’pajjiżna. Aħbar tajba f’settur li fl-aħħar xhur ra tkabbir u tisħiħ notevoli.
Aqra aktar

Send this to a friend