stupru – Page 7 – One News

Notifiki

Stupru: “Le, tfisser le”, anke jekk il-vittma ma ġġilditx lura

Il-Parlament Ġermaniż għadda liġi ġdida li tiddefinixxi stupru. Liġi li tikkjarifika li “le” tfisser “le”, anke jekk il-vittma ma ġġilditx lura. Kritiċi jemmnu li l-Ġermanja kienet ilha li waqgħet lura ħdejn pajjiżi oħra żviluppati fejn għandhom x’jaqsmu liġijiet dwar l-istupru.

Il-kwistjoni reġgħet qamet wara attakki fuq nisa li saru f’ Cologne lejliet l-ewwel tas-sena. Il-vot għadda b’maġġoranza kbira fil-kamra tad-deputati tal-Parlament, Bundestag.Aqra aktar

Irdoppjaw il-każi ta’ stupru

Is-sena li għaddiet kienu rrapportati numru rekord ta’ każi ta’ stupru lill-Korp tal-Pulizija. Bi 23 każ irrapportat, dan hu l-ogħla numru kemm ilha tinġabar l-istatistika, b’rapport fit-Times of Malta jgħid ukoll li dan huwa d-doppju ta’ dak irreġistrat fl-2014.

Aqra aktar

“Ieqaf jekk jogħġbok, papa’, ieqaf”

Raġel Awstraljan ingħata sentenza ta’ 22 sena ħabs wara li għal 61 darba abbuża mit-tifla tiegħu filwaqt li ipparteċipa u assista f’atti sesswali li hu kien iġiegħel lil bintu tagħmel ma’ irġiel oħra. Dawn l-abbużi saru bejn is-sena 2013 u 2015, jiġifieri għal-sentejn sħaħ li matulhom it-tifla kellha l-eta’ ta’ bejn ħdax u tlettax-il sena.

Din it-tifla kienet tgħix ma missierha wara li l-ġenituri tagħha isseparaw.

Dan il-missier ta’ 42 sena mhux talli abbuża minn bintu hu, talli irranġa biex sitt irġiel oħra jkunu jistgħu jabbużaw minnha wkoll.

Aqra aktar

Send this to a friend