stupru – Page 6 – One News

Notifiki

Se jġibu mara li twieldet riżultat ta’ stupru

Mara li twieldet riżultat ta’ stupru se tattendi mixja fid-dawl tax-xemgħa fil-Belt Valletta.

Rebecca Kiessling se tieħu sehem fil-Malta Stand Up for Life candlelight march, mixja fid-dawl tax-xemgħa nhar is-Sibt, 3 ta’ Diċembru. Kiessling ġiet adottata ftit wara t-twelid f’Michigan, fl-Istati Uniti, saret taf meta kellha 18-il sena li l-konċepiment tagħha sar wara stupru brutali minn persuna li kellu sikkina bil-ponta li kellu l-vizzju tal-istupru. “Bħall-maġġoranza tan-nies, qatt ma qist li l-abort japplika għall-ħajja tiegħi iżda, malli rċevejt din l-informazzjoni, f’daqqa rrealizzajt li mhux biss tapplika għall-ħajja tiegħi, iżda għandu x’jaqsam mal-eżistenza tiegħi stess,” hija irrapportata tgħid mill-Life Network Foundation Malta, magħrufin għat-twemmin tagħhom kontra l-abort.

Aqra aktar

Qassis ta’ 54 akkużat li abbuża minn tifla ta’ 5 – indunaw mill-istampi

Ġenituri fil-Brażil skoprew li binthom kienet abbużata sesswalment minn qassis permezz ta’ tpinġijiet tagħha.

Il-ġenituri sabu t-tpinġijiet wara li t-tifla bdiet tirrifjuta li tattendi klassijiet fejn il-qassis, ċertu Joao da Silva, jgħallem l-Ingliż.

Issa qed jinżamm mill-Pulizija, wara li ammetta li abbuża mit-tifla meta f’mument ta’ rabja, ikkonfrontah missier it-tifla. Dan għamlu permezz ta’ telefonata.

Il-qassis għandu 54 sena u t-tifla għandha ħames snin. Il-każ seħħ fil-belt Montes Claros fil-Brazil.

Aqra aktar

Ched Evans mhux ħati ta’ stupru

L-eks plejer internazzjonali ta’ Wales, Ched Evans, instab mhux ħati li stupra lil tfajla ta’ 19-il sena fil-lukanda Premier Inn. Evans ilu 4 snin jipprova jnaddaf ismu minn din l-akkuża.
Aqra aktar

Mara stuprata fl-Imsida

Għall-ħabta tas-1.15a.m, mara Irlandiża ta’ 45 sena allegat li ftit tal-ħin qabel kienet ġiet stupratha ġewwa appartament fl-Imsida, minn raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa.

Aqra aktar

Send this to a friend