stupru | One News

Notifiki

Chris Brown jinħeles minn akkużi ta’ stupru

Il-kantant Amerikan Chris Brown inħeles mill-arrest f’Pariġi wara li kien spiċċa arrestat fuq suspett ta’ stupru. Il-Pulizija arrestawh fil-kapitali Franċiża wara li mara ta’ 24 sena allegat li Brown stupraha. Miegħu ġew arrestati żewġt irġiel oħra li kienu kompliċi fl-istupru.

Huwa baqa’ jinsisti li dawn l-allegazzjonijiet mhux minnhom.

“Jista’ jkun li t-tfajla qalet li kienet stuprata minn kuġinuha għax kienet tgħir”

Hekk kif kompla l-ewwel ġuri għal din is-sena, fil-Qorti ntqal kif jista’ jkun li l-għira kienet ir-raġuni għalfejn it-tfajla li llum għandha 16-il sena, qalet li kienet stuprata minn kuġinuha għal għaxar snin sħaħ. Fost argumenti oħra li qajjem l-avukat difensur, kien hemm dak li t-tfajla kellha ossessjoni fuq kuġinuha, u għalhekk, għamlet li għamlet.

Min-naħa l-oħra, il-prosekuzzjoni qed issaħħaħ l-argumenti tagħha fuq il-konsistenza tat-tfajla, u l-fatt li ammettiet li kienet hi li f’okkażjoni minnhom għamlet avvanzi sesswali fuq kuġinuha. Dan tal-aħħar qiegħed kontinwament jiċħad l-akkużi ta’ stupru.Aqra aktar

“Ma kellix il-kuraġġ nitkellem”- it-tfajla ta’ 16-il sena ‘taħlef’ li kienet stuprata minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ

Tfajla ta’ 16-il sena ħalfet fil-Qorti li kienet qed tgħid il-verità dwar abbuż sesswali li allegatament sofriet minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ.

Hekk kif l-ewwel ġuri għal din is-sena daħal fit-tieni jum tiegħu, uġinuha, li llum għandu 25 sena, qed jaffaċċja akkużi ta’ abbuż sesswali u li pparteċipa f’atti sesswali ma’ kuġintu għal seba’ snin sħaħ, liema abbuż allegatament intemm madwar sentejn ilu.

Hekk kif kompla l-ġuri tul il-jum tat-Tlieta, it-tfajla insistiet li qatt ma gidbet dwar dan il-każ, u li hija mweġġa’ li hemm xi persuni li jitkellmu fuq l-abbuż mingħajr ma jikkunsidraw kliemhom sew. Skont hi, dawn in-nies ma jafux x’jiġifieri l-veru abbuż.Aqra aktar

Mixli li stupra lill-eks martu lejlet il-Milied

Libjan li tressaq il-Qorti b’akkuża li stupra lill-eks martu, li tiġi wkoll omm uliedu, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u kellu mposti fuqu ordnijiet stretti mill-Qorti. Il-każ allegatament seħħ f’appartament f’Tas-Sliema lejlet il-Milied.

Fil-Qorti xehed l-Ispettur John Spiteri, li qal li meta l-Pulizija tkellmet mal-akkużat fuq ir-rapport tal-mara, mar wara l-bieb ta’ darha u beda’ jipprova jċemplilha. Fil-Qorti ntqal ukoll li l-akkużat prova jkellem lil xi persuni li mistennija jixhdu fil-każ, u kien qed jippjana biex jitlaq minn Malta.Aqra aktar

Qalet li s-sieħeb stupraha għax beżgħet li jieħdulha lill-iżgħar wild tagħha

Omm ta’ ħamest itfal li ammettiet li għamlet rapport falz ta’ stupru fil-konfront tas-sieħeb tagħha, ingħatat sentenza sospiża ta’ ħabs mill-Qorti. Bianca Hoyer, li għandha 33 sena u hija mill-Ġermanja, tressqet il-Qorti l-Erbgħa, fejn kienet akkużata li għamlet rapport falz fil-konfront tas-sieħeb tagħha, li huwa wkoll Ġermaniż, minkejja li kienet ċerta li hu kien innoċenti.Aqra aktar

Send this to a friend