studju | One News

Notifiki

Jekk int edukatur, tista’ tkompli tistudja mill-kumdità ta’ darek

L-edukaturi Maltin jistgħu jkomplu bl-istudji akkademiċi mill-kumdità ta’ darhom filwaqt li jkomplu bil-karriera tagħhom permezz ta’ pjattaforma onlajn ġdida fis-sit tal-Istitut tal-edukazzjoni.

Il-pjattaforma issa se tagħti l-opportunità biex l-l-akkademiċi u l-edukaturi Maltin ikollhom ċans li japplikaw u jagħmlu korsijiet u taqsimiet ta’ studju fuq l-internet.Aqra aktar

Daqshekk diffiċli ċċedi postok fuq tal-linja?

Diversi persuni qed jappellaw lil dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku biex juru iktar rispett lejn min verament ikollu bżonn ipoġġi bilqegħda fuq karozza tal-linja. Studjlu li sar fl-Ingilterra, li kkunsidra l-imġieba ta’ diversi persuni madwar id-dinja, jgħid li dak li jkun iżomm lura milli jagħmel ġest nobbli fuq it-trasport pubbliku għax jibża’ mill-konsegwenzi.

Kollha kemm aħna xi darba konna fuq xi karozza tal-linja mimlija daqs bajda, u meta persuna waħda tqum, kulħadd għal fuq xulxin jipprova jirbaħ is-siġġu vojt. Jekk allaħares tinzerta tkun int ir-rebbieħ, lesti ruħek għall-ħars bl-ikrah.Aqra aktar

Aktar opportunitajiet ta’ boroż ta’ studju

Il-Gvern qed ikompli jinvesti f’aktar boroz ta’ studju, sabiex aktar persuni ikomplu jingħataw għajnuna finanzjarja biex jitħarġu f’livell ta’ Masters u Dottorat.

Il-Gvern qed jinvesti aktar minn żewġ miljun u sitt mitt elf ewro parzjalment minn fondi ewropej. L-applikazzjonijiet se jgħalqu fil-tlieta ta’ lulju, fejn sa issa diġa applikaw mat-tliet mitt persuna.

Aqra aktar

Send this to a friend