studenti – Page 9 – One News

Notifiki

Suldat li qatel seba’ studenti jinħeles wara 20 sena ħabs

Suldat mill-Ġordan li qatel seba’ studenti tfajliet mill-Iżrael fl-1997 inħeles wara li qatta’ 20 sena minn ħajtu f’ċella.

L-awtoritajiet qalu li Ahmed Daqamseh issa jinsab fir-residenza ta’ familtu f’villaġġ qrib Irbid.

Lura fl-1997 Daqamseh kien qabad u spara fuq studenti mill-Iżrael waqt li kienu fuq ġita fuq gżira qrib il-fruntieri tal-Ġordan.

Aqra aktar

Sejħa oħra tal-Malta Arts Scholarships Scheme – s’issa MITT STUDENT ibbenefika

Tħabbret it-tnedija ta’ sejħa oħra tal-Malta Arts Scholarships Scheme.

Din tall-lum kienet it-tmien sejħa taħt din l-iskema. Il-Minsitru Evarist Bartolo spjega li sa llum madwar mitt student fil-maġġoranza tagħhom zgħażagħ, ibbenefikaw jew għadhom qed jibbenefikkaw minn boroż ta’ studji pprovduti taħt din l-iskema. 

Fil-fatt sitta u sittin mill-boroż ta’ studju mgħotija, sal-lum, ingħataw mill-2013 ‘l hawn. Il-Ministru Bartolo qal li dan jikkonferma l-interess tal-Gvern fil-qasam tal-Arti kif ukoll l-impenn tiegħu li jkompli jinvesti biex aktar nies jiġu nkoraġġieti li jitħarġu f’dan il-qasam.

Aqra aktar

Konkorrenza qawwija għal Klabb 3-16

Aktar minn 1,300 student qed jattendu u jagħmlu użu mis-servizz li jingħata fl-iskejjel Klabb 3-16.
Klabb 3-16 qed iservi ta’ nifs għall-ġenituri li jaħdmu, tant li kienet lanqas għadha ntemmet Skola Sajf, li għadd ta’ tfal kienu diġa irreġistrati biex jattendu dan il-klabb, fil-ġimgħatejn li jkun għad fadal sakemm tibda sena akkademika oħra.
Fi tweġiba Parlamentari, l-Ministru Evarist Bartolo ta rendikont tan-numru ta’ studenti li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz u f’liema ċentru.

Aqra aktar

L-iskola Primarja tal-Fgura issa b’multi-sensory room

Studenti bl-awtiżmu u bi bżonnijiet speċjali fl-iskola Primarja tal-Fgura issa se jkunu qed jibbenefikaw minn multi-sensory learning room.

Kamra ddisinjata b’tali mod li timblukka kull tip ta’ ħoss bla bżonn, ikollha kontroll fl-ispazju, fit-temperatura u kif ukoll fid-dawl użat.

Din il-kamra se tingħaqad ma’ dawk diġà eżistenti li hem f’Ħal Lija, San Ġwann u Sannat f’Għawdex.

Times New Roman? Verdana? Arial?

Snin ta’ tħejjija akkademika u xhur ta’ studju ħafna drabi jissarfu f’sagħtejn eżami fejn kollox jaf jagħmel id-differenza.

Saħansitra qed jingħad li anke t-tipa li tintuża fil-karta tal-eżami tista’ tbiddel xi ftit il-burdata tal-istudent. U fi stħarriġ tal-MATSEC Support Unit irriżultat ix-xewqa fost l-istudenti li jkun hemm bidla fit-tipa.

Minnu rriżulta li Times New Roman li qed tintuża bħalissa, mhix ċara biżżejjed għal istudenti.  U t-tipa Verdana hija favorita fost l-istudenti għaliex hija iktar ċara, kif spjega uffiċċjal tal-Matsec Support Unit, Gilbert Zahra.

Aqra aktar

Twettiq ta’ ħolma artistika

Uffiċjalment infetaħ il-programm culture pass fejn 30 produzzjoni ta’ teatru, żfin u mużika se jintwerew lil studenti tal-iskejjel sekondarji. Id-Direttur tal-istrateġija għall-Kunsill Malti għall-arti, Toni Attard, qal li minn Jannar sa issa diġa’ ipparteċipaw aktar minn 2,000 student li flimkien mal-għalliema għażlu liema produzzjonijiet l-aktar jolqtuhom.

Aqra aktar

Studenti Maltin b’kumpanija ġdida

 Nitkellmu ħafna dwar l-innovazzjoni u l-benefiċċji li jista’ jkollha, u propju grupp ta’ tmien studenti li jattendu l-iskola ta’ De La Salle ħarġu b’idea li propju tikkonferma dan. Dawn l-istudenti, fetħu kumpanija bl-isem ta’ Flair, li ħarġu bi prodott li qed jgħin lil ħafna studenti li qed jistudjaw għall-eżamijiet  f’livell ordinarju. L-idea tagħhom introduċiet mod alternattiv ta’ kif wieħed jistudja.

Aqra aktar

M’hemmx limbu – L-istudenti kienu jafu li l-istituzzjoni tal-mużika ma kinitx akkreditata f’Malta

L-Għalliema tal-pjanu Rita Micallef, li fl-aħħar jiem kienet akkużata minn dsatax-il għalliem tal-mużika li ffrodat lilhom u lill-istudenti tagħhom li poġġew għall-eżamijiet tal-mużika li m’humiex rikonoxxuti f’Malta jew internazzjonalment, ċaħdet bl-iżjed mod kategoriku l-allegazzjonijiet miġjuba li b’xi mod iffrodathom jew ingannathom.

F’kontro-protest ġudizzjarju, imressaq mill-Avukat Chris Cilia, Micallef saħqet li l-istudenti tagħha kienu jafu perfettament li l-‘Leicester School of Music’ (LSM) ma kinitx akkreditata u li hi qatt ma ħbiet dan il-fatt għal kuntrarju ta’ dak irrappurtat mill-media. Tant hu hekk, li anka fiċ-ċerimonja annwali, li tinżamm biex jitqassmu ċ-ċertifikati lill-istudenti kollha li jkunu għaddew mill-eżamijiet, id-diriġent ewlieni tal-LSM kien pubblikament għarraf lill-istudenti dwar kif kien sejjer il-proċess t’ akkreditazzjoni u kien dejjem jassigurhom li l-proċess kien miexi tajjeb.

Aqra aktar

Send this to a friend