studenti – Page 8 – One News

Notifiki

Mill-2001 iggradwaw 29,030 student mill-MCAST

Mis-sena 2001, minn meta twaqqfet l-MCAST, iggradwaw 29,030 student. Ammont li hu bbażat fuq korsijiet diversi li jvarjaw mill-ewwel livell sas-sitt livell u kif ukoll korsijiet li jissejħu “Pathway course to Independent Living’ u oħrajn li jwasslu għall-kwalifiki internazzjonali tal-Avjazzjoni jew Marittimu.

Aqra aktar

L-Università timplimenta bidla mistennija minn persuni bl-awtiżmu

Is-senat tal-Università ta’ Malta implimenta bidla fir-regoli tal-istess istituzzjoni edukattiva bil-għan li studenti bl-Awtiżmu u diffikultajiet oħra ta’ tagħlim ma jibqgħux isibuha diffiċli jidħlu l-Università. Studenti akkademikament tajbin iżda li għandhom dawn it-tip ta’ kundizzjonijiet kienu jsibuha diffiċli għalix fl-eżami tas-SEC (magħrufa aħjar bħala O Levels) kienu jmorru ħażin f’xi suġġett partikolari. Dan kien iwassal biex meta jiġu għall-Università jibqgħu barra anke jekk ikunu marru tajjeb f’eżamijiet oħra saħanistra f’livell avvanzat.

Aqra aktar

€19-il miljun għal tliet skejjel ġodda

Dsatax –il miljun ewro se jkunu investiti fi tliet skejjel ġodda f’San Pawl il-Baħar, Marsaskala u r-Rabat Għawdex.

Dawn it-tliet proġetti huma ewlenin fil-ħidma tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada wara l-investiment ta’ erbgħin miljun ewro fi proġetti diversi fl-aħħar sentejn u nofs.

Aqra aktar

Studenti b’opportunità li jesibixxu u jbigħu l-prodotti tal-kumpaniji tagħhom

Studenti Maltin illum kellhom l-opportunità li juru u jbigħu l-prodotti tal-kumpaniji tagħhom, li bnew bħala parti mill-kompetizzjoni ta’ Junior Achievement Young Enterprise Malta Foundation (JAYE).

L-istess studenti esebixxu xogħolhom u ngħataw iċ-ċans ibigħu l-prodotti tagħhom waqt il-fiera tal-JAYE. F’din il-kompetizzjoni qed jieħdu sehem 17-il tim magħmula minn studenti ġejjin mill-post-sekondarja li jagħmlu parti mill-“company programme”.

Aqra aktar

Send this to a friend