studenti | One News - Part 6

Notifiki

L-FŻL tavża li min irid isewgi d-dibattitu jista’ jmur l-iskate park fil-11:30am

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti qed javża dawk iż-żagħżagħ li jixtiequ jsewgu d-dibattitu bejn iż-żewġ mexxejja llum jistgħu jiltaqgħu fil-11:30 fl-iskate park tal-Imsida.

L-appell jibqa’ biex ikun hemm il-kalma, prudenza u ħadd ma jaqa’ għall-provokazzjoni. Wara d-dibattitu jingħaqad magħhom il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

L-istudenti pożittivi dwar il-proposta li se tgħinhom javvanzaw fl-istudji

Fost il-ħames wegħdi ewlenin tal-Partit Laburista jekk jerġa’ jitla fil-Gvern, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li waħda minnhom hi dik li se jkun hemm tnaqqis fit-taxxi. Dan grazzi għas-surplus li pajjiżna ċċelebra fl-ekonomija, u għalekk wasal iż-żmien biex il-poplu jiġi ppremjat għall-ekonomija b’saħħitha li nbniet bħala ħidma kollettiva.

Minn din il-proposta, mhux biss se jkunu qed jibbenefikaw persuni li jaħdmu fultajm u għandhom partajm, iżda saħansitra anke l-istudenti.

Aqra aktar

#Next5 – Iż-żgħażagħ lesti għal ħames snin oħra ta’ Gvern Laburista

  • #Next5 – Titnieda l-kampanja taż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ Laburisti llum nedew il-kampanja tagħhom għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017. Bl-islogan ta’ #Next5, il-Forum żgħażagħ Laburisti flimkien ma’ eluf ta’ żgħażagħ oħra jinsabu lesti biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.

Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Alex Saliba, spjega ma’ one.com.mt li dan l-islogan juri l-kontinwità li għandu bżonn dan il-pajjiż sabiex fil-ħames snin li gejjien inkomplu nibnu fuq dak li diġà beda l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru sabiex verament jasal l-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Alex Saliba ħabbar ukoll li s-sit il-ġid tal-kampanja taż-żgħażagħ next5.info

Aqra aktar

Studenti u anzjani jiċċelebraw il-Jum Ewropew għas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet

F’San Vinċenz de Paul kien imfakkar il-Jum Ewropew għas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet fejn kienu mistiedna għadd ta’ studenti u għalliema minn diversi skejjel sabiex jattendu u jiċċelebraw dan il-jum flimkien mal-anzjani residenti fl-istess residenza. L-istudenti kellhom l-opportunità jitkellmu mal-anzjani u jaqsmu magħhom il-ħsibijiet dwar l-esperjenzi tal-passat u tal-preżent, u filwaqt li t-tfal jitgħallmu aktar dwar dak li kienu jagħmlu fi żmienhom l-anzjani, dawn tal-aħħar ġabu memorji nostalġiċi ta’ meta huma kienu tfal. L-amministrazzjoni taSan Vinċenz ħasset il-ħtieġa li jitfakkar dan il-jum sabiex tissaħħaħ l-għaqda bejn il-ġenerazzjonijiet, li għalkemm mifruda miż-żmien hija magħquda bil-valuri.
Aqra aktar

Imut il-kittieb li minn jaf kemm ħawwad studenti

Robert Pirsig, kittieb ta’ Zen and the Art of Motorcycle Maintenance, miet fl-età ta’ 88 sena.

Ħafna Maltin jafu bil-ktieb għax kien parti mill-kurrikulu għal studenti tas-Systems of Knowledge tas-sixth form. Kien ktieb filosofiku li ħafna kienu jgħidu li kien iħawwahom. 

Min kien jgħoġbu u min ma kienx jista’ għalih. Il-ktieb biegħ ħames miljun kopja madwar id-dinja. Imma qabel, kien irrifjutat minn 121 pubblikatur. Iddispjaċihom żgur, għax il-ktieb sar best seller u sab ruħu fil-Guinness Book of Records.

Studenti Għawdxin itemmu b’suċċess kors ta’ kura tal-anzjani

Waqt serata apposta, studenti Għawdxin li temmew b’suċċess il-kors ta’ kura tal-anzjani ġew mogħtija ċ-ċertifikat mistħoqq.

Waqt  l-indirizz tagħha għas-serata, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana saħqet li l-okkażjoni tal-lum kienet specjali għal diversi raġunijiet. Permezz ta’ dan il-kors li għall-ewwel darba sar f’ Għawdex u li għall-ewwel darba sar fuq bażi part time, fisser li ngħatat l-opportunità lil dawn l-istudenti li jieħdu dan il-kors li huwa akkreditat mill-Università ta’ Malta. Fisser ukoll li persuni li qatt ma’ ħolmu li jagħmlu dan il-pass, ingħataw l-opportunità biex jitħarrġu, jiksbu kwalifika li finalment ser tippermettilhom jaħdmu fil-qasam tal-kura.

Aqra aktar

F’sena skolastika waħda jibbenefikaw 317 student

Din is-sena beda l-programm edukattiv Princes’ Trust International Achieve Programme. 

Programm li jgħin l-istudenti sekondarji fl-iżvilupp tagħhom, itejbu l-ħiliet u jippreparhom għad-dinja tax-xogħol u jipprepara lil dawk l-istudenti li għandhom ħajra li jmorru jsegwu l-istudenti tagħhom fl-ITS u l-MCAST.

Fl-2015 il-proġett beda fuq proġett pilota u pparteċipaw seba’ skejjel.

F’din is-sena skolastika l-programm infetaħ għall-iskejjel tal-istat kollha. B’kollox ipparteċipaw 18-il skola u jipparteċipaw 317 student.

Aqra aktar

Qtil ħesrem u devastanti

Studenta Ingliża, Hannah Bladon, mietet b’daqqiet ta’ sikkina f’Ġerusalemm, Bladon kellha biss għoxrin sena u famitha tinsab maħsuda bi kbira. Hija kienet fuq tram fil-Ġimgħa l-Kbira meta qalgħat diversi daqqiet ta’ sikkina f’sidirha.

Kienet qed tistudja fil-Hebrew University of Jerusalem u kienet sejra f’sit fejn kellhom jagħmlu xi xogħol arkejoloġiku. Hija miete l-isptar filwaqt li raġel ta’ 57 sena mill-Palestina nżamm arrestat. Dan ġibed sikkina mill-basket u beda jtiha huma u jaslu ħdejn il-belt, li bħalissa bieżla ħafna bil-Kattoliċi u Lhud.

Aqra aktar

Send this to a friend