studenti – Page 4 – One News

Notifiki

ARA: Iniedu dokumentarju dwar il-Konvoj ta’ Santa Marija

Ġie mniedi dokumentarju sabiex jinġabru l-memorji importanti ta’ dan l-avveniment mil-lenti tan-nies li għexu dawk iż-żminijiet. Dan sar bl-għajnuna ta’ studenti mill-kulleġġ ta’ Santa Margerita f’Bormla li intervistaw diversi anzjani dwar il-ħajja tagħhom dak iż-żmien li tkellmu dwar it-tbatijiet li għaddew minnhom fil-ġimgħat u x-xhur li waslu għal wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija f’Malta.

Aqra aktar

Bil-filmat: Il-Prim Ministru jispjega lill-istudenti

Dalgħodu l-Prim Ministru waqt li kien se jibda l-ġurnata tax-xogħol tiegħu f’Kastilja ltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti u stedinhom jidħlu miegħu fejn spjegalhom xi jsir f’din il-binja li nbiet fi żmien il-Gran Mastru Pinto.

Min jaf? Forsi ‘il quddiem, wieħed jew waħda minn fost l-istudenti li żaru Kastilja, għad ikunu mexxejja ta’ pajjiżna

Studenti universitarji tal-Kriminoloġija jżuru lill-Ispeaker

 

Għoxrin student u studenta universitarji tal-ewwel sena tal-BA Criminology għamlu żjara ta’ korteżija lill-Ispeaker Anġlu Farrugia.

L-Ispeaker tkellem dwar il-funzjonijiet tal-Parlament u l-proċess leġiżlattiv, ix-xogħol li jsir fosthom fil-kumitati parlamentari u l-importanza tal-irwol tal-membru parlamentari – dik li jiskrutinizza l-operat tal-Gvern għall-ġid komuni u għat-tisħiħ tad-demokrazija.Aqra aktar

L-ewwel studenti ta’ Barts f’Għawdex

L-ewwel studenti tal-iskola medika Barts f’Għawdex huma ħerqana dan hekk kif f’dawn il-jiem qed jingħataw kors ta’ introduzzjoni bħala studenti ġodda ta’ din l-iskola.

Dan hekk kif din il-ġimgħa l-iskola medika ta’ Barts laqgħet għall-ewwel darba, l-ewwel studenti tagħha.

Boroż ta’ studju tal-MBA offruti mill-AUM

Studenti Maltin issa għandhom l-opportunità li japplikaw għal boroż ta’ studju biex jiksbu grad ta’ Masters fil-Business Administration; l-MBA. 

Dan hekk kif l-American University of Malta żiedet dan il-kors mal-għaxar boroż ta’ studji li diġà qed toffri fil-qasam tal-Bachelor of Science in Accounting, Business u Game Development. 

Aqra aktar

L-istudenti jaqdfu u jimxu iktar

L-istudenti tal-Università jużaw il-mixi, ir-rota u t-trasport pubbliku iktar mill-popolazzjoni b’mod ġenerali.

Dan skont riċerka maħsuba biex tiddetermina kif l-istudenti jaslu fil-kampus tal-Università.

L-istudenti kellhom l-għażla ta’ iktar minn metodu ta’ trasport wieħed

Ir-riċerka turi kif filwaqt li zero punt tlieta fil-mija biss tal-popolazzjoni jużaw ir-rota, erbgħa fil-mija tal-istudenti jużaw ir-rota bħala metodu tat-trasport tagħhom lejn l-Università.

Tlieta fil-mija tal-istudenti jużaw il-mutur meta mqabbla mal-wieħed punt wieħed fil-mija tal-maltin. Aqra aktar

Skema sussidjata għal edukazzjoni barra minn xtutna

  • 20 student jibbenefikaw mill-iskema studji ta’ speċjalizzazzjoni għaż-żgħażagħ

Din l-iskema tippermetti lill-istudenti ta’ bejn it-18 u t-30 sena li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom barra mill-pajjiż biex japplikaw għal ‘loan’ b’rata ta’ imgħax sussidjata. Din l-iskema hija r-riżultat ta’ ftehim ta’ kollaborazzjoni li għaddej bejn l-‘Aġenzija Żgħażagħ’ u l-APS Bank.

Aqra aktar

1,400 student kisbu ċ-ċertifikat tal-MATSEC

  • ANALIŻI DETTALJATA TMERI RAPPORT LI ĠABUH BISS WIEĦED MINN TLIETA
  • KWAŻI SUĊĊESS TA’ 50%

Analiżi dettaljata tal-istatistika dwar ir-riżultati tal-MATSEC turi li kienu kważi nofs l-istudenti li pprovaw jiksbu l-kwalifika taċ-ċertifikat tal-MATSEC, biex jidħlu l-Università, li rnexxielhom jagħmlu dan. B’hekk din l-analiżi xxejjen rapport li qal li kienu biss 34%, jew wieħed minn kull tlieta tal-istudenti, li ssodisfaw dawn il-kriterji.

Dario Pirotta Direttur tal-bord tal-MATSEC ikkonferma li “dan ‘il-fatt’  ma joħrogx minn analizi dettaljata tal-istatiska ippreżentata. Din turi li 4019-il  kandidat resqu għall-eżamijiet tal-Matrikola fil-livell Avvanzat u Intermedju. Dan ma jfissirx li kollha resqu għas-sitt suġġetti mitluba biex jikkwalifikaw għaċ-ċertitifikat tal-Matrikola.”

Aqra aktar

Send this to a friend