studenti – Page 3 – One News

Notifiki

Jonqsu b’4% l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola

Stħarriġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li tul l-2017, l-ammont ta’ studenti Maltin li għażlu li jitilqu kmieni mill-iskola kien ta’ 17.7%, 4 punti perċentwali inqas mir-rata tal-2012.

Minkejja dan it-tnaqqis, Malta se tibqa’ timbotta sabiex tilħaq l-għan tagħha, li sal-2020 ikunu 10% biss l-istudenti li jieqfu jistudjaw kmieni. Aqra aktar

Għat-tieni sena konsekuttiva l-Pulse b’5/5 kandidati fil-kunsill tal-ITS.

Għat-tieni sena konsekuttiva l-Pulse tellgħu 5 kandidati fil-kunsill studentesk fl-ITS billi rebħu l-maġġoranza assoluta. Dan hekk kif il-Pulse kisbu  maġġoranza ta’ 74%. Fl-ewwel kummenti l-eżekuttiv tal-Pulse esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir-riżultat u qal li lpermezz ta’ manifest b’saħħtu, lesti biex jaħdem għall-istudenti kollha tal-ITS.

Qatel lill-maħbuba sigrieta u ż-żewġ gwardjani biex ma jinkixifx f’Sant’Anġlu…

Nhar il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ il-bibien ta’ Forti Sant’Anġlu hekk kif jidħol il-lejl. Żewġ żjajjar animati, ibbażati fuq ġrajjiet ta’ misteru u atti soprnaturali relatati ma’ dan il-forti storiku, se jakkumpanjaw lill-viżitaturi fuq vjaġġ waħxi li se jiżvela l-istorja mqanqla ta’ dan is-sit.
Aqra aktar

Ara kif laqgħuhom lit-tfal fl-iskola primarja tan-Naxxar

Lura l-iskola wara sajf vaganzi, it-tfal tal-iskola primarja tan-Naxxar ġew milqugħa b’ċapċip u tbissim mill-għalliema u l-istaff ta’ din l-iskola.

Ġest sabiħ li juri entużjażmu għal sena skolastika oħra u ħeġġa li tgħin lill-istudenti jħossuhom kuntenti ma’ nies li jaħdmu qatigħ għall-ġid tagħhom biex flimkien isawru l-karattru u l-kapaċitajiet tagħhom.

ONE News jawgura l-isbaħ xewqat lill-istudenti Maltin u Għawdxin kollha għal sena skolastika oħra.

Opportunità li taħdem fil-qrib ta’ oġġetti kulturali

Mhix xi ħaġa ta’ kuljum li ssib ruħek taħdem fuq oġġetti arkeoloġiċi jew fuq inventarji nazzjonali, inkella li tersaq qrib ta’ pitturi prestiġġjużi ta’ artisti famużi jew li tmiss skeletri li jgħoddu l-eluf tas-snin jew xi speċi tal-istorja naturali. Madanakollu din hi r-realtà għal grupp ta’ studenti u voluntiera li bħalissa qed jieħdu esperjenza ta’ xogħol ma’ Heritage Malta.

Aqra aktar

Linji gwida fuq it-toqol tal-basktijiet tal-iskola – studenti mħeġġa ma jġorrux affarijiet bla bżonn

L-ilmenti dwar it-toqol tal-basktijiet tal-iskola ma jaqtgħu xejn, iżda dokument ippreżentat fil-Parlament juri li hemm linji gwida ċari li suppost qed ikunu segwiti mill-iskejjel biex jitnaqqas il-piż tal-basktijiet. Dawn il-linji gwida daħlu fil-bidu tas-sena skolastika li għaddiet u mistennija jkunu infurzati iktar fiż-żmien li ġej.

Aqra aktar

Send this to a friend