studenti – Page 16 – One News

Notifiki

Eżebit ix-xogħol tal-istudenti tal-Media fl-MCAST

L-istudenti tal-Media fl-Mcast l-istitut tal-Arti Kreattiva se jippreżentaw ix-xogħol tagħhom f’attivita’ li ta’ kull sena tattira bosta nies. Din is-sena l-istudenti  kellhom jagħmlu filmat mużikali bil-lingwa Maltija. Dan il-proġett kien b’kolloborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Aqra aktar

Websites, opri u dgħajjes – ħidma bejn studenti Maltin u Olandiżi

L-MCAST u l-Fondazzjoni Valletta 2018 ħabbru kollaborazzjoni importanti ma’ Leeuwarden, il-belt li flimkien mal-Belt Valletta se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, u enfasizzaw il-proġetti proposti li se jsiru ma’ żewġ kulleġġi fir-reġjun, jiġifieri, il-Friesland College u Roc Friese Poort.

 

Dawn l-aħħar ġimgħat, diversi letturi u studenti minn Friesland College ġew Malta u, bħalissa, ħames studenti Olandiżi qegħdin jikkollaboraw ma’ studenti tal-MCAST f’Malta fuq web portal li jservi ta’ pont bejn in-nies taż-żewġ pajjiżi. Il-portal connect2018.org se jiġi mniedi fl-aħħar ta’ Lulju.

Studenti tal-MCAST se jaħdmu ma’ studenti minn żewġ kulleġġi, Friesland College u Roc Friese POORT, fuq diversi proġetti.  Dawn huma wħud biss uħud minnhom.

Aqra aktar

Studenti jridu paga minima

Studenti tal-MCAST qed jargumentaw li għall-apprentistat li jagħmlu bħala parti mill-kors tagħhom għandhom jitħallsu paga minima u mhux ħlas għall-apprentistat. Dan qaluh mal-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo.

Din it-talba li l-istudenti jridu jitħallsu €168 minflok €50 fil-ġimgħa, jew minn €200 għal €672 fix-xahar.Aqra aktar

Inawgurat l-ewwel laboratorju tad-DNA f’Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-ewwel laboratorju tad-DNA akkreditat bi standards Ewropej.

Il-settur privat irrisponda għal espressjoni ta’ interess maħruġa mill-Gvern, li permezz tagħha t-tmexxija tal-laboratorju tad-DNA privat li kellna f’Malta issa se tkun tifforma parti mill-Malta Laboratories Network.Aqra aktar

Send this to a friend