Studenta tal-Universitá, spiċċat vittma ta’ serqa mill-karozza tagħha li kienet ipparkjata f’Kordin. It-tfajla spjegat li f’basket li nsteraq mill-karozza tagħha kellha pen drive importanti hekk kif kellha t-teżi tagħha fuqha.
Hija appellat biex il-persuna jew persuni li serqulha l-basket, iżommu l-laptops li kien hemm fil-basket iżda jirritornaw lura din il-pendrive.