studenti – Page 10 – One News

Notifiki

Ir-Reġina Eliżabetta bi premju għall-istudent Malti Eman Borg

L-istudent tal-MCAST, Eman Borg se jkun qed jingħata premju ta’ rikonoxximent mir-Reġina Eliżabetta għal proġett li għamel bit-titlu ta’ Human Rights Proposal Paper on Gozo. Dan l-istudent kien qed isegwi kors ta’ Diploma f’livell avvanzat fil-Marketing u se jkun qed jirċievi il-Queen’s Young Leaders Award.

Aqra aktar

Boroż ta’ studji dwar il-problemi marbuta mal-logħob tal-azzard

Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli (The Responsible Gaming Foundation – RGF) irrappreżentata u l-Università ta’ Malta ffirmaw ftehim li jispeċifika l-oqsma ta’ kooperazzjoni reċiproka. 

L-għan tal-RGF tinkludi l-ħolqien ta’ għarfien aktar wiesa’ tal-kobor tal-problemi assoċjati mal-logħob f’Malta, kif ukoll il-kawżi possibbli u l-konsegwenzi tagħhom, bil-ħsieb li tipprevenihom, u li tipprovdi l-appoġġ u l-pariri meħtieġa għal logħob tal-azzard bi problema u d-dipendenti tagħhom.

Aqra aktar

Pauline minn Strada Stretta: għaliex lettur l-Università kien jitfixkel meta jaraha

Pauline Fenech ħafna jafuha bħala dik li tmexxi ħanut tax-xorb fi Strada Stretta. Iżda tkellimna magħha għal raġuni kompletament differenti, ċioe l-fatt li daħlet l-Università meta kellha 40 sena.

Ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika jindikaw li fis-sena akkademika li għaddiet, kien hemm żieda fl-età tal-istudenti f’kull livell edukattiv, speċjalment fost dawk li kienu qed jistudjaw part-time.

Ridna nkunu nafu dwar l-esperjenza ta’ Pauline. Kien hemm tlajja u nżul, u episodji umoristiċi wkoll.

Aqra aktar

Jiżdiedu l-grawdati; aktar nisa u aktar studenti kbar

Fis-sena akkademika ta’ bejn l-2014 u l-2015, 3,953 persuna gradwaw f’livell terzjarju. Dan ifisser żieda ta’ kważi 1% fuq is-sena akkdemika ta’ qabilha.

Total ta’ 2,067 persuna gradwaw għall-ewwel darba u kien hemm aktar gradwati nisa milli rġiel.

81.5% tal-istudenti kienu qed jistudjaw full-time. Mill-18.5% tal-istudenti part-time, 55.3% kisbu Master’s degree jew kwalifika simili.

Fatt interessanti hu li kien hemm żieda fl-età tal-istudenti f’kull livell edukattiv, speċjalment fost dawk li kienu qed jistudjaw part-time.

 

Aqra aktar

Aktar minn 1,600 japplikaw online għall-iskejjel tal-Knisja – fadal 878 post vakanti

Sal-lum, mill-kriterji kollha għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja, 1,620 ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom online.

Il-Bord tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja issa qed jilqa’ applikazzjonijiet tard skont il-Kriterju ‘Applikanti Oħra’, għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-ewwel sena kindergarten, it-tieni sena kindergarten, l-ewwel sena primarja u l-ewwel sena sekondarja, għas-sena skolastika 2017 – 2018. Wieħed jista’ japplika online fuq www.knisja.org/applications sa nhar il-Ħamis, 23 ta’ Frar 2017, jew imur il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, jew fl-iskola St Michael, Santa Venera, nhar il-Ħamis, 23 ta’ Frar 2017, bejn id-9am u s-1pm.

Wara li ġew milqugħa l-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju u tal-Każijiet Serji tal-Ewwel Kriterju, in-numru ta’ postijiet vakanti għall-‘Applikanti l-Oħra’ huwa ta’ 878 minn total ta’ 1,564 post. Il-postijiet vakanti għall-‘Applikanti l-Oħra’ huma maqsumin hekk:

Aqra aktar

Awguri lil 877 student tal-MCAST!

877 student iggradwaw mill-MCAST wara li lestew b’suċċess studji f’livell ta’ diplomi avvanzati.

B’kollox saru tmien ċerimonji ta’ gradwazzjoni fil-kamus ewlieni ta’ Raħal Ġdid. It-Technical College tal-MCAST ra tkabbir sostanzjali mill-aħħar sena akkademika, tant li hemm 2,726 student bħalissa li qed jattendi wieħed mill-51 programm ta’ diploma avvanzata fl-entitajiet kollha tal-MCAST.

Żdiedu wkoll numru ta’ programmi innovattivi, f’suġġetti bħat-tekonloġija fl-ikel, il-wirt kulturali u l-arti performattiva.

Aqra aktar

Jonqos l-ammont ta’ jiem li studenti fallew l-iskola

Bħala medja, studenti tal-primarja u s-sekondarja kważi fallew 12-il jum kull wieħed tul is-sena akkademika 2014-2015. Dan ħareġ minn ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.

L-ammont ta’ jiem li studenti fallew naqas b’9.2% meta mqabbel ma’ sena akkademika preċedenti. Jiem li studenti fallew imma b’awtorizazzjoni żdiedu b’7.5%, u ammontaw għal 65% tal-jiem kollha li studenti fallew.

L-ammont ta’ jiem li studenti fallew imma mhux b’mod awtorizzat naqas b’29.4%.

Studenti subien fallewl aktar minn bniet fi kważi kull livell, ħlief fil-Form 4 u l-Form 5.

Elenku ta’ xogħol f’sentejn li minnu qed igawdu wliedna

Bejn is-sena 2014 u s-sena 2016, kien hemm 14-il skola li fosthom hemm skejjel ġodda li nbnew kompletament mill-ġdid u kif ukoll skejjel oħra li sar xogħol ta’ bini fihom.

Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo mid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo. Vassallo staqsa xi skejjel ġodda nbnew u kif ukoll xi skejjel oħra sarilhom xogħol ta’ bini fihom. Fejn għal kull skola hu talab in-nefqa għal kull proġett.

Aqra aktar

QBIL: miżuri ġodda fis-sekondarja tal-Ħamrun minn nhar it-Tnejn

Laqgħa bejn l-Malta Union of Teachers u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol wasslet għall-qbil dwar pjan ta’ azzjoni għall-Ħamrun Senior School.

Il-pjan jikkonsisti f’diversi miżuri, li wħud minnhom se jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tnejn li ġej. Dan jinkludi strateġija li tindirizza il-bżonnijiet tal-iskola b’mod aħjar, it-tisħiħ tat-tim li jimmaniġġja l-iskola, reviżjoni tal-politika tal-iskola dwar l-imġiba, għalliema addizzjonali, fost diversi miżuri oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend