student – Page 2 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-istudenti tal-MCAST jistgħu jerġgħu jpoġġu għall-eżami

L-istudenti tal-Media u l-Ġurnaliżmu tal-ewwel sena fil-baċċelerat ġewwa l-istitut tal-Arti Kreattiva fl-Mcast kitbu ilmenti lill-mezzi tax-xandir dwar wieħed mill-letturi tagħhom.

Skont dak li qed jgħidu huma:

“Sa mill-bidu ta’ din is-sena skolastika wieħed mill-letturi tal-Ingliż f’dan l-istitut beda jaqta’ qalb l-istudenti u jgħidilhom li mhux ħa jgħaddu u saħansitra qalilhom li ħa jamel minn kollox biex sa inqas ħaġa iwaħħalhom bħal ma’ għamel fis-snin ta’ qabel, huwa kompla jgħid li fis-snin ta’ qabel ħa ħafna gost jara l-istudenti ma jgħaddux u għal dan il-kliem beda jgħid lill-istudenti l-marki baxxi li ġabu l-istudenti s-sena ta’ qabel.

Aqra aktar

Qalet li stupraha imma l-Maġistrat temmen li hi riedet is-sess!

Student li kien qed jistudja l-Ingliż hawn Malta kien meħlus mill-akkuża li stupra studenta oħra, minħabba nuqqas ta ‘provi.

Il-każ allegatament ġara f’Awissu. L-istudent, Yannick Jonathan Chatelle, ċittadin Franċiż ta’ 32-il sena, kien akkużat li stupra mara Spanjola waqt li hi kienet fis-sakra.

Iż-żewġ studenti għexu fl-istess blokk ta’ appartamenti u kienu barra jixorbu fil-post fejn kien qed joqgħod ħabib ieħor, kif ukoll f’parkeġġ. Iż-żewġ studenti żifnu flimkien, iżda l-mara, Isabele Pantoja Ludena, ma setatx tiftakar kif sabet ruħha fl-appartament tagħha, liebsa l-ħwejjeġ iżda mingħajr ħwejjeġ ta ‘taħt.

L-akkużat qal li l-mara kienet talbitu jakkumpanjaha fl-appartament tagħha tagħha. Huwa għamel hekk, u infatti filmati CCTV juruh miexi waħdu lejn  l-appartament tagħha. Madankollu hija tilfet iċ-ċwievet u għalhekk qagħdu fl-appartament tiegħu sakemm waslu ħbieb tagħha.

Aqra aktar

Il-Gvern iħaddem 950 student għas-Sajf

Fix-xhur Sajfin, il-maġġoranza tal-istudenti tal-Universitá u l-Mcast ifittxu x-xogħol u l-Gvern, sena wara oħra jipprovdi opportunitajiet mal-Ministeri u entitajiet pubbliċi u minn din is-sena anki mal-kumpaniji privati.

Aqra aktar

Send this to a friend