student – One News

Notifiki

Għalliema akkużata b’atti sesswali ma’ student fuq ajruplan

Eleonor Wilson ta’ 29 sena minn Gloucestershire fl-Ingilterra qed taffaċċja akkużi li pparteċipat f’atti sesswali ma’ student fuq ajruplan. Hi qed tiċħad dawn l-allegazzjonijet u sejħitilhom ‘diżgustanti’.

Il-każ imur lura għall-2015 meta l-akkużata kienet fuq saffra ma’ tal-iskola, fosthom l-istudent li għamel dawn l-allegazzjonijiet.Aqra aktar

900 student jitolbu reviżjoni tal-karta tal-eżami

  • MA KINUX KUNTENTI BIL-MARKA TAL-O LEVEL JEW TAL-A LEVEL

876 student applikaw biex jagħmlu reviżjoni tar-riżultat tal-O Level jew tal-A Level wara li ma kinux kuntenti bil-marka li ngħataw mill-eżaminaturi tal-MATSEC. Dan minn total ta’ madwar 9,500 student li poġġew għall-eżami fis-sessjoni ta’ Mejju li għadda.

Minn tagħrif li kisbet il-gazzetta KullĦadd jirriżulta li minn dawk li talbu reviżjoni tal-karta hemm 524 li applikaw biex jerġgħu jpoġġu għall-eżami fis-sessjoni ta’ Settembru.

Aqra aktar

Żieda fl-istudenti tal-mediċina

Fl-aħħar sitt snin l-istudenti tal-mediċina fl-Università ta’ Malta żdiedu b’mod konsiderevoli. Ta kontribut kbir ukoll lejn din iż-żieda l-ammont ta’ studenti barranin. F’din is-sena skolastika hemm 808 studenti tal-mediċina meta fis-sena skolastika 2010/2011 kien hemm 488 student.

Sitt snin ilu kien hemm 25 student tal-mediċina fl-Università ta’ Malta li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Illum hemm 154. Filwaqt li sitt snin ilu kien hemm 44 student barra l-Unjoni Ewropea, is-sena li għaddiet u din is-sena kien hemm 86.

L-istudenti Maltin żdiedu minn 419 għal 568.

Dawn in-numri juru li pajjiżna jista’ jkun suq importanti għall-edukazzjoni medika u għalhekk kienet importanti l-miġja tal-iskola medika ta’ Barts li l-bini tagħha f’Għawdex beda u li iktar tard din is-sena mistennija tilqa’ l-ewwel studenti tagħha.

178 student fil-programm tal-ALP

Bħalissa hemm 178 student fil-programm ta’ tagħlim alternattiv maħsub biex jilqa’ u jeduka studenti li jkunu qatgħu qalbhom mill-iskola għal xi żmien. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li l-programm tal-ALP ta’ din is-sena jidher li qed iħalli l-frott meħtieġ fejn l-istudenti qed jingħataw taħriġ vokazzjonali u applikat f’diversi suġġetti bħall-Inġinerija, Servizzi jew Performing Arts.

L-istudenti jingħataw ukoll tagħlim fis-suġġetti prinċipali bħall-Matematika, l-Ingliż, il-Malti u l-ICT, kif ukoll fis-suġġetti l-oħra supplimentari.

Din is-sena qed jattendu 154 studenti (co-ed), fejn qed jilħqu livell MQF 1 jew 2 fil-ħames sena tas-sekondarja, filwaqt li hemm 24 student postsekondarju fejn qed jistudjaw Welding & Fabrication jew Hospitality & Customer Care f’livell 3.

“L-għan huwa li dawn inħeġġuhom biex ikomplu jistudjaw l-MCAST jew l-ITS,” qal il-Ministru għall-Edukazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend